Language of document : ECLI:EU:T:2017:371

Kawża T637/15

Alma-The Soul of Italian Wine LLLP

vs

L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea

“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva SOTTO IL SOLE ITALIANO SOTTO il SOLE – Trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali preċedenti VIÑA SOL – Raġuni relattiva għal rifjut – Ħsara għall-karattru distintiv – Assenza ta’ xebh tas-sinjali – Artikolu 8(5) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”


Sommarju – Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) tal-31 ta’ Mejju 2017

1.      Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Definizzjoni u kisba tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah li għandha reputazzjoni – Protezzjoni tat-trade mark preċedenti li għandha reputazzjoni estiża għal prodotti jew servizzi li ma jixxibhux – Kundizzjonijiet – Vantaġġ indebitu miksub mill-karattru distintiv jew mir-reputazzjoni tat-trade mark preċedenti – Dannu lill-karattru distintiv jew lir-reputazzjoni tat-trade mark preċedenti

(Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(5))

2.      Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Definizzjoni u kisba tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah li għandha reputazzjoni – Protezzjoni tat-trade mark preċedenti li għandha reputazzjoni estiża għal prodotti jew servizzi li ma jixxibhux – Kundizzjonijiet – Rabta bejn it-trade marks – Kriterji ta’ evalwazzjoni

(Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(5))

3.      Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Definizzjoni u kisba tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah li għandha reputazzjoni – Protezzjoni tat-trade mark preċedenti li għandha reputazzjoni estiża għal prodotti jew servizzi li ma jixxibhux – Protezzjoni mogħtija wkoll f’każ ta’ użu ta’ sinjal għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu

(Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(5))

4.      Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Definizzjoni u kisba tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah li għandha reputazzjoni – Protezzjoni tat-trade mark preċedenti li għandha reputazzjoni estiża għal prodotti jew servizzi li ma jixxibhux – Trade mark figurattiva SOTTO IL SOLE ITALIANO SOTTO il SOLE – Trade mark verbali VIÑA SOL

(Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(5))

5.      Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Definizzjoni u kisba tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah li għandha reputazzjoni – Protezzjoni tat-trade mark preċedenti li għandha reputazzjoni estiża għal prodotti jew servizzi li ma jixxibhux – Kundizzjonijiet –Reputazzjoni tat-trade mark fl-Istat Membru jew fl-Unjoni – Kunċett – Kriterji ta’ evalwazzjoni

(Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(5))

1.      Il-protezzjoni estiża mogħtija lit-trade mark preċedenti mill-Artikolu 8(5) tar-Regolament Nru 207/2009 dwar it-trade mark tal-Unjoni Ewropea tippreżumi l-għaqda ta’ numru ta’ kundizzjonijiet. L-ewwel nett, it-trade mark preċedenti u dik li għaliha ntalbet ir-reġistrazzjoni għandhom ikunu identiċi jew simili. It-tieni nett, it-trade mark preċedenti għandu jkollha reputazzjoni fl-Unjoni, fil-każ ta’ trade mark tal-Unjoni Ewropea preċedenti, jew fl-Istat Membru kkonċernat, fil-każ ta’ trade mark nazzjonali preċedenti. It-tielet nett, l-użu mingħajr motiv ġust tat-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni għandu jwassal għal probabbiltà li jista’ jittieħed vantaġġ indebitu miksub mill-karattru distintiv jew mir-reputazzjoni tat-trade mark preċedenti jew li tista’ ssir ħsara għall-karattru distintiv jew għar-reputazzjoni tat-trade mark preċedenti. Peress li dawn il-kundizzjonijiet huma kumulattivi, l-assenza ta’ waħda minnhom huwa biżżejjed biex trendi inapplikabbli l-imsemmija dispożizzjoni

Fir-rigward tat-tielet kundizzjoni ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 8(5) tar-Regolament Nru 207/2009, għandu jitfakkar li l-ħsara li ssir għall-karattru distintiv tat-trade mark preċedenti, kunċett imsejjaħ ukoll “probabbiltà ta’ tnaqqis fl-effett”, huwa normalment stabbilit peress li l-użu tat-trade mark li saret applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tagħha għandha bħala effett li t-trade mark preċedenti ma tkunx iżjed tista’ tqajjem assoċjazzjoni immedjata mal-prodotti li għalihom hija rreġistrata u użata

(ara l-punti 29, 30)

2.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 31, 51, 52)

3.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 33)

4.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 34, 39, 41, 49, 68, 76-80)

5.      Sabiex tiġi sodisfatta l-kundizzjoni tar-reputazzjoni, trade mark preċedenti għandha tkun magħrufa minn parti sinjifikattiva tal-pubbliku kkonċernat mill-prodotti u s-servizzi koperti minnha. Fl-eżami ta’ din il-kundizzjoni, għandhom jiġu kkunsidrati l-elementi kollha rilevanti tal-kwistjoni, jiġifieri, b’mod partikolari, is-sehem tas-suq li għandha t-trade mark preċedenti, l-intensità, il-firxa ġeografika u t-tul ta’ żmien tal-użu tagħha, kif ukoll l-importanza tal-investimenti magħmula mill-impriża sabiex tirreklamaha, mingħajr ma jkun neċessarju li din it-trade mark tkun magħrufa minn perċentwali partikolari tal-pubbliku ddefinit jew li r-reputazzjoni tagħha tkun testendi fit-territorju kollu kkonċernat, sakemm ir-reputazzjoni tkun teżisti f’parti sostanzjali tiegħu


(voir point 44)