Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Settembru 2018 – Psara et al vs Il-Parlament

(Kawżi T-639/15 sa T-666/15 u T-94/16) 1

(“Aċċess għal dokumenti – Regolament (KE) Nru 1049/2001 – Parlament Ewropew – Spejjeż tal-Membri tal-Parlament u l-allowances tagħhom – Rifjut ta’ aċċess – Dokumenti ineżistenti – Data personali – Regolament (KE) Nru 45/2001 – Neċessità ta’ trasferiment tad-data – Eżami konkret u individwali – Aċċess parzjali – Piż amministrattiv eċċessiv – Obbligu ta’ motivazzjoni”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent fil-Kawża T-639/15: Maria Psara (Ateni, il-Greċja) (rappreżentanti: N. Pirc Musar u R. Lemut Strle, avukati)

Rikorrent fil-Kawża T-640/15: Tina Kristan (Ljubljana, is-Slovenja) (rappreżentanti: N. Pirc Musar u R. Lemut Strle, avukati)

Rikorrent fil-Kawża T-641/15: Tanja Malle (Vjenna, l-Awstrija) (rappreżentanti: N. Pirc Musar u R. Lemut Strle, avukati)

Rikorrent fil-Kawża T-642/15: Wojciech Cieśla (Varsavja, il-Polonja) (rappreżentanti: N. Pirc Musar u R. Lemut Strle, avukati)

Rikorrent fil-Kawża T-643/15: Staffan Dahllof (rappreżentanti: N. Pirc Musar u R. Lemut Strle, avukati)

Rikorrent fil-Kawża T-644/15: Delphine Reuter (rappreżentanti: N. Pirc Musar u R. Lemut Strle, avukati)

Rikorrent fil-Kawżi T-645/15 u T-654/16: České centrum pro investigativní žurnalistiku o.p.s. (Praga, ir-Repubblika Ċeka) (rappreżentanti: N. Pirc Musar u R. Lemut Strle, avukati)

Rikorrent fil-Kawża T-646/15: Harry Karanikas (Chalándri, il-Greċja) (rappreżentanti: N. Pirc Musar u R. Lemut Strle, avukati)

Rikorrent fil-Kawżi T-647/15 u T-657/16: Crina Boros (rappreżentanti: N. Pirc Musar u R. Lemut Strle, avukati)

Rikorrent fil-Kawżi T-648/15, T-663/15 u T-665/15: Baltijas pētnieciskās žurnālistikas centrs Re:Baltica (Riga, il-Litwanja) (rappreżentanti: N. Pirc Musar u R. Lemut Strle, avukati)

Rikorrent fil-Kawża T-649/15: Balazs Toth (Budapest, l-Ungerija) (rappreżentanti: N. Pirc Musar u R. Lemut Strle, avukati)

Rikorrent fil-Kawża T-650/15: Minna Knus-Galán (Helsinki, il-Finlandja) (rappreżentanti: N. Pirc Musar u R. Lemut Strle, avukati)

Rikorrent fil-Kawża T-651/15: Atanas Tchobanov (Plessis-Robinson, Franza) (rappreżentanti: N. Pirc Musar u R. Lemut Strle, avukati)

Rikorrent fil-Kawża T-652/15: Dirk Liedtke (Hambourg, il-Ġermanja) (rappreżentanti: N. Pirc Musar u R. Lemut Strle, avukati)

Rikorrent fil-Kawża T-653/15: Nils Mulvad (Risskov, id-Danimarka) (rappreżentanti: N. Pirc Musar u R. Lemut Strle, avukati)

Rikorrent fil-Kawża T-655/15: Hugo van der Parre (Huizen, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: N. Pirc Musar u R. Lemut Strle, avukati)

Rikorrent fil-Kawża T-656/15: Guia Baggi (Firenze, l-Italja) (rappreżentanti: N. Pirc Musar u R. Lemut Strle, avukati)

Rikorrent fil-Kawża T-658/15: Marcos García Rey (rappreżentanti: N. Pirc Musar u R. Lemut Strle, avukati)

Rikorrent fil-Kawża T-659/15: Mark Lee Hunter (rappreżentanti: N. Pirc Musar u R. Lemut Strle, avukati)

Rikorrent fil-Kawża T-660/15: Kristof Clerix (Brussell) (rappreżentanti: N. Pirc Musar u R. Lemut Strle, avukati)

Rikorrent fil-Kawża T-661/15: Rui Araujo (Lisbona, il-Portugall) (rappreżentanti: N. Pirc Musar u R. Lemut Strle, avukati)

Rikorrent fil-Kawża T-662/15: Anuška Delić (Ljubljana) (rappreżentanti: N. Pirc Musar u R. Lemut Strle, avukati)

Rikorrent fil-Kawża T-664/15: Jacob Borg (San Ġiljan, Malta) (rappreżentanti: N. Pirc Musar u R. Lemut Strle, avukati)

Rikorrent fil-Kawża T-666/15: Matilda Bačelić (Żagreb, il-Kroazja) (rappreżentanti: N. Pirc Musar u R. Lemut Strle, avukati)

Rikorrent fil-Kawża T-94/16: Gavin Sheridan (rappreżentanti: N. Pirc Musar u R. Lemut Strle, avukati)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: N. Görlitz, C. Burgos u M. Windisch, aġenti)

Suġġett

Talbiet ibbażati fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiżi għall-annullament tad-deċiżjonijiet tal-Parlament Ewropew A(2015) 8324 C, A(2015) 8463 C, A(2015) 8627 C, A(2015) 8682 C, A(2015) 8594 C, A(2015) 8551 C, A(2015) 8732 C, A(2015) 8681 C, A(2015) 8334 C, A(2015) 8327 C, A(2015) 8344 C, tal-14 ta’ Settembru 2015, A(2015) 8656 C, A(2015) 8678 C, A(2015) 8361 C, A(2015) 8663 C, A(2015) 8360 C, A(2015) 8486 C, A(2015) 8305 C, tal-15 ta’ Settembru 2015, A(2015) 8602 C, A(2015) 8554 C, A(2015) 8490 C, A(2015) 8659 C, A(2015) 8547 C, A(2015) 8552 C, A(2015) 8553 C, A(2015) 8661 C, A(2015) 8684 C, A(2015) 8672 C, tas-16 ta’ Settembru 2015, u A(2015) 13844 C, tal-14 ta’ Jannar 2016, li bihom il-Parlament ċaħad, abbażi tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 1, Vol. 3 p. 331), it-talbiet konfermattivi tar-rikorrenti intiżi li jinkiseb l-aċċess għal dokumenti tal-Parlament li jkun fihom informazzjoni dwar l-allowances tal-Membri tiegħu.

Dispożittiv

Il-Kawżi T-639/15 sa T-666/15 u T-94/16 huma magħquda għall-finijiet tas-sentenza.

Ir-rikorsi huma miċħuda.

Maria Psara, Tina Kristan, Tanja Malle, Wojciech Cieśla, Staffan Dahllof, Delphine Reuter, České centrum pro investigativní žurnalistiku o.p.s., Harry Karanikas, Crina Boros, Baltijas pētnieciskās žurnālistikas centrs Re:Baltica, Balazs Toth, Minna Knus-Galán, Atanas Tchobanov, Dirk Liedtke, Nils Mulvad, Hugo van der Parre, Guia Baggi, Marcos García Rey, Mark Lee Hunter, Kristof Clerix, Rui Araujo, Anuška Delić, Jacob Borg, Matilda Bačelić u Gavin Sheridan huma kkundannati jbatu l-ispejjeż.

____________

1     ĠU C ##, ##.