Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Korkein hallinto-oikeus (il-Finlandja) fis-7 ta' Lulju 2011 - O, S vs Maahanmuuttovirasto

(Kawża C-356/11)

Lingwa tal-kawża: il-Finlandiż

Qorti tar-rinviju

Korkein hallinto-oikeus (il-Finlandja)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: O, S

Konvenuta: Maahanmuuttovirasto

Domandi preliminari

1.    L-Artikolu 20 TFUE jipprekludi li permess ta' residenza jiġi rrifjutat lil ċittadin ta' pajjiż terz minħabba li ma jkollux mezzi ta' għajxien, f'sitwazzjoni tal-familja fejn il-konjuġi tiegħu għandha kustodja ta' wild li huwa ċittadin tal-Unjoni u fejn iċ-ċittadin tal-pajjiż terz ma huwiex wieħed mill-ġenituri ta' dan il-wild u lanqas persuna li għandha d-dritt ta' kustodja?

2.    F'każ ta' risposta negattiva għall-ewwel domanda, l-impatt tal-Artikolu 20 TFUE huwa evalwat b'mod differenti meta ċittadin ta' pajjiż terz mingħajr permess ta' residenza, il-konjuġi tiegħu u l-wild li jinsab taħt il-kustodja ta' dan tal-aħħar u li għandu ċ-ċittadinanza tal-Unjoni, jgħixu taħt l-istess saqaf?

____________