Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tas-6 ta’ Marzu 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Commissione tributaria provinciale Genova - l-Italja) – Dresser Rand SA vs Agenzia delle Entrate Direzione Provinciale Ufficio Controlli

(Kawżi Magħquda C-606/12 u C-607/12) 1

Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Tassazzjoni — VAT — Direttiva 2006/112/KE — Artikolu 17(2)(f) — Kundizzjoni li tikkonċerna l-ispedizzjoni mill-ġdid ta’ oġġett lejn l-Istat Membru minn fejn kien inizjalment mibgħut jew ittrasportat

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Commissione tributaria provinciale Genova

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Dresser Rand SA

Konvenut: Agenzia delle Entrate Direzione Provinciale Ufficio Controlli

Suġġett

Talbiet għal deċiżjoni preliminari - Commissione tributaria provinciale di Genova - Interpretazzjoni tal-Artikolu 17(2)(f) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, p. 1) - Trasferiment lejn Stat Membru ieħor - Kunċett ta’ xogħlijiet li jikkonċernaw l-oġġett - Attività ta’ verifika tal-adattabbiltà għal oġġetti oħra - Kundizzjoni tal-ispedizzjoni mill-ġdid tal-oġġett lejn l-Istat Membru li minnu kien ġie inizjalment spedit jew ittrasportat - Possibbiltà li l-ispedizzjoni tiġi kkunsidrata bħala trasferiment lejn Stat Membru ieħor fil-każ ta’ spedizzjoni lejn Stat Membru differenti minn dak ta’ tluq

Dispożittiv

L-Artikolu 17(2)(f) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, għandu jiġi interpretat fis-sens li, sabiex l-ispedizzjoni jew it-trasport ta’ oġġett ma jiġux ikklassifikati bħala trasferiment lejn Stat Membru ieħor, dan l-oġġett, wara li jkunu saru x-xogħlijiet fuqu fl-Istat Membru tal-wasla tal-ispedizzjoni jew tat-trasport tal-imsemmi oġġett, għandu neċessarjament jintbagħat mill-ġdid lill-persuna taxxabbli fl-Istat Membru minn fejn kien inizjalment mibgħut jew ittrasportat.

____________

1 ĠU C 101, 06.04.2013