Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Supreme Court (l-Irlanda) fis-27 ta’ Lulju 2015 – Elaine Farrell vs Alan Whitty, The Minister for the Environment, Ireland u the Attorney General, Motor Insurers Bureau of Ireland (MIBI)

(Kawża C-413/15)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

Supreme Court

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Elaine Farrell

Konvenuti: Alan Whitty, The Minister for the Environment, Ireland u the Attorney General, Motor Insurers Bureau of Ireland (MIBI)

Domandi preliminari

Il-kriterju stabbilit fil-punt 20 tas-sentenza Foster et, C-188/89, EU:C:1990:313, dwar il-kwistjoni ta’ x’inhi emanazzjoni ta’ Stat Membru, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-elementi ta’ dan il-kriterju għandhom jiġu applikati

b’mod kumulattiv, jew

separatament?

Sa fejn elementi differenti msemmija fis-sentenza Foster et, C-188/89, EU:C:1990:313 jistgħu wkoll jiġu kkunsidrati bħala fatturi li għandhom debitament jittieħdu inkunsiderazzjoni fil-kuntest ta’ evalwazzjoni globali, jeżisti prinċipju fundamentali li jservi ta’ bażi għad-diversi fatturi identifikati f’dik is-sentenza li qorti għandha tapplika hi u teżamina l-kwistjoni ta’ jekk organu partikolari huwiex emanazzjoni tal-Istat?Huwa biżżejjed li, bl-għan manifest li jissodisfa l-obbligi tiegħu taħt id-dritt tal-Unjoni, Stat Membru jkun ittrasferixxa parti kbira tar-responsabbiltà lil organu sabiex dan l-organu jkun emanazzjoni tal-Istat Membru, jew huwa barra minn hekk neċessarju li tali organu (a) ikollu wkoll setgħat speċjali jew (b) jopera wkoll taħt il-kontroll dirett jew is-superviżjoni diretta tal-Istat Membru?

____________