Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-20 ta’ Mejju 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Schleswig-HolsteinischesVerwaltungsgericht - il-Ġermanja) – L.R. vs Bundesrepublik Deutschland

(KawżaC-8/20) 1

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja – Kontrolli fil-fruntieri, ażil u immigrazzjoni – Politika tal-ażil – Direttiva 2013/32/UE – Proċeduri komuni għall-għoti u għall-irtirar tal-protezzjoni internazzjonali – Applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali – Raġunijiet ta’ inammissibbiltà – Artikolu 2(q) – Kunċett ta’ “applikazzjoni sussegwenti” – Artikolu 33(2)(d) – Ċaħda minn Stat Membru ta’ applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali bħala inammissibbli minħabba ċ-ċaħda ta’ applikazzjoni preċedenti ppreżentata mill-persuna kkonċernata fi Stat terz li kkonkluda mal-Unjoni Ewropea ftehim dwar il-kriterji u l-mekkaniżmi li jippermettu li jiġi ddeterminat l-Istat responsabbli għall-eżami ta’ applikazzjoni għall-ażil ippreżentata f’wieħed mill-Istati partijiet f’dan il-ftehim – Deċiżjoni finali meħuda mir-Renju tan-Norveġja)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Schleswig-HolsteinischesVerwaltungsgericht

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: L.R.

Konvenut: Bundesrepublik Deutschland

Dispożittiv

L-Artikolu 33(2)(d) tad-Direttiva 2013/32/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar proċeduri komuni għall-għoti u l-irtirar tal-protezzjoni internazzjonali, moqri flimkien mal-Artikolu 2(q) tagħha, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tipprevedi l-possibbiltà li tiġi miċħuda bħala inammissibbli applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali, fis-sens tal-Artikolu 2(b) ta’ din id-direttiva, ippreżentata lil dan l-Istat Membru minn ċittadin ta’ pajjiż terz jew minn persuna apolida li talba preċedenti tagħha sabiex tingħata l-istatus ta’ refuġjat, ippreżentata lil Stat terz bl-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 604/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat liema hu l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali iddepożitata għand wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna apolida, konformement mal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Islanda u r-Renju tan-Norveġja dwar il-kriterji u l-mekkaniżmi għall-istabbiliment ta’ l-Istat responsabbli għall-eżami ta’ talba għal ażilju ppreżentata fi Stat Membru jew fl-Islanda jew fin-Norveġja, tkun ġiet miċħuda minn dan l-Istat terz.

____________

1     ĠU C 87, 16.3.2020.