Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Lulju 2013 – BVGD vs Il-Kummissjoni

(Kawżi maqgħuda T-104/7 u T-339/08) 1

(“Kompetizzjoni – Akkordji u l-abbuż minn pożizzjoni dominanti – Suq tad-djamanti mhux maħdumin – Sistema ta’ distribuzzjoni SOC – Deċiżjoni ta’ ċaħda ta’ lment –Nuqqas ta’ interess komunitarju – Bażi legali – Drittijiet proċedurali ta’ lanjant –Aċċess għad-dokumenti – Obbligi fil-qasam tal-istruttorja ta’ lment – Effetti ta’ esklużjoni mis-suq – Żball manifest ta’ evalwazzjoni”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Belgische Vereniging van handelaars in- en uitvoerders geslepen diamant (BVGD) (Anvers, il-Belġju) (rappreżentanti: inizjalment L. Levi u C. Ronzi kif ukoll, fil-Kawża T-104/07, G. Vandersanden, sussegwentement L. Levi u M. Vandenbussche, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment F. Castillo de la Torre, R. Sauer u J. Bourke, sussegwentement F. Castillo de la Torre u R. Sauer, aġenti, assistiti, fil-Kawża T-104/07, inizjalment minn S. Drakakakis, avukat, u minn T. Soames, solicitor, sussegwentement T. Soames, u, fil-Kawża T-339/08, T. Soames)

Intervenjenti insostenn tal-konvenuta : De Beers (Lussemburgu, il-Lussemburgu); u De Beers UK Ltd, li kienet The Diamond Trading Co. Ltd (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentanti : inizjalment W. Allan u S. Horwitz, solicitors, sussegwentement W. Allan, J. Ysewyn, avukat, u N. Gràcia Malfeito, solicitor, u finalment N. Gràcia Malfeito, B. van de Walle de Ghelcke, J. Marchandise, avukati, u P. Riedel, solicitor)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni, tas-26 ta’ Jannar 2007, (Kawża COMP/39.221/B-2 – BVGD vs De Beers) u tal-5 ta’ Ġunju 2008 (Kawża COMP/39.221/E-2 – De Beers vs DTC Supplier of Choice) li jiċħdu l-ilment imressaq mir-rikorrenti kontra l-intervenjenti għall-ksur tal-Artikoli 81 KE u 82 KE fis-suq tad-djamanti mhux maħdumin li jirriżulta mill-użu minnhom ta’ ftehim ta’ distribuzzjoni magħrufa bħala “Supplier of Choice” (SOC).

Dispożittiv

Ir-rikorsi huma miċħudin.

Il-Belgische Vereniging van handelaars in- en uitvoerders geslepen diamant (BVGD) għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

De Beers u De Beers UK Ltd għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom stess.

____________

1 ĠU C 129, 09.06.2007.