Language of document :

Rikors ippreżentat fit-2 ta' April 2007 - MarketTools vs L-UASI - Optimus-Telecomunicações (ZOOMERANG)

(Kawża T-105/07)

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: MarketTools, Inc. (San Francisco, L-Istati Uniti) (irrappreżentata minn: W. von der Osten-Sacken u A.. González Hähnlein, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (trade marks u disinni)

Il-parti oħra quddiem il-Bord ta' l-Appell: Optimus-Telecomunicações, SA (Maia, Il-Portugall)

Talbiet tar-rikorrenti

li tiġi annullata d-deċiżjoni tat-Tieni Bord ta' l-Appell tal-25 ta' Jannar 2007 (Appell Nru R 253/2006-2);

li Optimus-Telecomunicações S.A. tiġi ordnata tbati l-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: L-applikant

Trade mark Komunitarja kkonċernata: Is-sinjal verbali 'ZOOMERANG' għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 35 u 42 - applikazzjoni Nru 1 603 950

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat fil-proċedimenti ta' oppożizzjoni: Optimus-Telecomunicações S.A.

Trade mark jew sinjal invokat: Il-marki nazzjonali verbali u figurattivi 'BOOMERANG' għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 16, 35, 37, 38 u 42

Deċiżjoni tad-Diviżjoni ta' l-Oppożizzjoni: L-oppożizzjoni ntlaqgħet fl-intier tagħha

Deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appell: Ċaħda ta' l-appell

Motivi invokati: Ksur ta' l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 40/94 inwantu l-Bord ta' l-Appell ma evalwax korrettament ix-xebh tal-prodotti u servizzi u tat-trade marks in kwistjoni.

____________