Language of document :

Rikors ipprezentat fil-11 ta'April 2007 - Alcon vs L-UASI - *Acri.Tec (BioVisc)

(Kawża T-106/07)

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Alcon, Inc. (Hünenberg, l-Iżvizzera) (rappreżentant: M. Graf. Lawyer)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade Marks u Disinni)

Il-parti l-oħra quddiem il-Bord ta' l-Appell : *Acri.Tec AG Gesellschaft für ophthalmologische Produkte (Hennigsdorf, Il-Ġermanja)

Talbiet tar-rikorrenti

Id-Deċiżjoni tat-Tieni Bord ta' l-Appell ta' l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade Marks u Disinni), tat-8 ta' Frar 2007, fil-Kawża R 660/2006-2 Alcon, Inc. vs L-UASI (BioVisc) tiġi annullata safejn tirrifjuta l-oppożizzjoni ta' Alcon, Inc. kontra l-applikazzjoni għal trade mark Komunitarja 3 651 809 "BioVisc";

tikkundanna l-UASI jbati l-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: *Acri.Tec AG Gesellschaft für ophthalmologische Produkte

Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark verbali "BioVisc" għal prodotti fil-klassi 5 - applikazzjoni Nru 3 651 809

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat in sostenn ta' l-oppożizzjoni: Ir-rikorrenti

Trade mark jew sinjal invokat in sostenn ta' l-oppożizzjoni: It-trade marks verbali Komunitarji u internazjonali "PROVISC" u "DUOVISC" għal prodotti fil-klassi 5

Deċiżjoni tad-diviżjoni ta' l-oppożizzjoni: Oppożizzjoni milqugħa

Deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appell: L-annullament tad-deċiżjoni tad-Diviżjoni ta' l-Oppożizzjoni u ċ-ċaħda ta' l-oppożizzjoni

Motivi invokati: It-trade marks in kwistjoni jixxiebħu b'tali mod li jistgħu joħolqu probabbiltà ta' konfużjoni, u l-prodotti li fil-konfront tagħhom saret l-applikazzjoni huma identiċi għal dawk koperti mit-trade marks li jopponu.

____________