Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza ta' l-10 ta' Settembru 2008 - Alcon vs UASI - *Acri.Tec (BioVisc)

(Kawża T-106/07)1

("Trade mark Komunitarja - Proċedura ta' oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark verbali BioVisc - Trade marks internazzjonali verbali preċedenti PROVISC u DUOVISC - Motiv relattiv għal rifjut - Nuqqas ta' probabbiltà ta' konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94")

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Alcon Inc. (Hünenberg, l-Iżvizzera) (rappreżentanti: M. Graf u R. Schulz, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: l-ewwel S. Laitinen, wara A. Folliard-Monguiral, aġenti)

Parti oħra fil-kawża quddiem il-Bord ta' l-Appell ta' l-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza: *Acri.Tec AG Gesellschaft für ophthalmologische Produkte (Hennigsdorf, il-Ġermanja) (rappreżentant: M. von Welser, avukat)

Suġġett

Rikors imressaq kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord ta' l-Appell ta' l-UASI tat-8 ta' Frar 2007 (Każ R 660/2006-2) dwar proċedura ta' oppożizzjoni bejn Alcon Inc. u *Acri.Tec AG Gesellschaft für ophthalmologische Produkte.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Alcon Inc. għandha tbati l-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 129, 9.6.2007.