Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-12 ta' Marzu 2008 - Rossi Ferreras vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-107/07 P)1

("Appell - Servizz Pubbliku - Uffiċjali - Rapport dwar l-iżvilupp tal-karriera - Eżerċizzju ta' evalwazzjoni 2003 - Evalwazzjoni tal-fatti - Piż u amministrazzjoni tal-provi - Appell inammissibbli - Appell infondat")

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Appellant: Francisco Rossi Ferreras (Lussemburgu, il-Lussemburgu) (rappreżentanti: F. Frabetti u S. Martin, avukati)

Appellata: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: V. Joris u K Herrmann, aġenti)

Suġġett

Appell mis-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku ta' l-Unjoni Ewropea (It-Tieni Awla) ta' l-1 ta' Frar 2007, Rossi Ferreras vs Il-Kummissjoni (F-42/05), li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra), li jitlob l-annullament ta' din is-sentenza.

Dispożittiv

L-appell huwa miċħud.

Francisco Rossi Ferreras għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk tal-Kummissjoni.

____________

1 - ĠU C 129, 9.6.2007.