Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta' Marzu 2010 - MarketTools vs UASI - Optimus-Telecomunicações (ZOOMERANG)

(Kawża T-105/07)1

"Trade mark Komunitarja - Oppożizzjoni - Irtirar tal-oppożizzjoni - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni"

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: MarketTools, Inc. (San Francisco, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: W. von der Osten-Sacken, A. González Hähnlein, O. Günzel u A. Wenninger, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: inizjalment minn S. Laitinen, sussegwentement minn G. Schneider u D. Botis, aġenti)

Parti oħra fil-kawża quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Optimus-Telecomunicações, SA (Maia, il-Portugall) (rappreżentanti: T. Colaço Dias u J. Conceição Pimenta, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tal-25 ta' Jannar 2007 (Każ R 253/2006-2), dwar proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn Optimus-Telecomunicações, SA u MarketTools, Inc.

Dispożittiv

Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni fuq ir-rikors.

Ir-rikorrenti għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk inkorsi mill-konvenut.

L-intervenjenti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.

____________

1 - ĠU C 129, 9.6.2007.