Language of document : ECLI:EU:C:2008:420

Kawża C-488/06 P

L & D SA

vs

L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

“Appell – Trade mark Komunitarja – Regolament (KE) Nru 40/94 – Artikoli 8(1)(b) u 73 – Trade mark figurattiva ‘Aire Limpio’ – Trade marks figurattivi Komunitarji, nazzjonali u internazzjonali li jirrappreżentaw siġra taż-żnuber b’ismijiet differenti – Oppożizzjoni mill-proprjetarju – Rifjut parzjali tar-reġistrazzjoni – Deduzzjoni tal-karattru distintiv partikolari tat-trade mark preċedenti minn provi relatati ma’ trade mark oħra”

Sommarju tas-sentenza

1.        Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu

(Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 8(1)(b))

2.        Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu

(Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 8(1)(b))

3.        Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu

(Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 8(1)(b))

4.        Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu

(Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 8(1)(b))

1.        Il-kisba tal-karattru distintiv ta’ trade mark jista’ wkoll jirriżulta mill-użu tagħha bħala parti minn trade mark irreġistrata oħra. Huwa biżżejjed li, bħala konsegwenza ta’ dan l-użu, dawk ikkonċernati jipperċepixxu effettivament il-prodott jew is-servizz kopert mit-trade mark bħala li joriġina minn impriża speċifika.

Dan jgħodd ukoll meta jkun hemm l-akkwist ta’ karattru distintiv minn trade mark li għaliha saret applikazzjoni għar-reġistrazzjoni, kif ukoll meta jkollu jiġi stabbilit il-karattru distintiv partikolari ta’ trade mark preċedenti sabiex tiġi stabbilita l-eżistenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni skont l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 40/94.

(ara l-punti 49, 51)

2.        Fil-kuntest tal-evalwazzjoni ta’ oppożizzjoni magħmula, abbażi tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 40/94 dwar it-trade mark Komunitarja, mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti, din jista’ jkollha karattru distintiv partikolari mhux biss b’mod intrinsiku, iżda wkoll permezz tal-fama li hija tgawdi fost il-pubbliku. Għaldaqstant, argument dwar il-karattru distintiv intrinsiku dgħajjef tat-trade mark preċedenti ma jistax jaffettwa l-konstatazzjoni li tgħid li din it-trade mark akkwistat karattru distintiv partikolari permezz tal-fama tagħha.

(ara l-punti 65, 67)

3.        Fil-kuntest tal-evalwazzjoni ta’ oppożizzjoni magħmula, abbażi tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 40/94 dwar it-trade mark Komunitarja, mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti, jistgħu jittieħdu inkunsiderazzjoni elementi li, għalkemm sussegwenti għad-data tal-preżentazzjoni tal-applikazzjoni għal trade mark Komunitarja, jippermettu li jinġibdu konklużjonijiet dwar is-sitwazzjoni kif kienet f’dik id-data.

(ara l-punt 71)

4.        Fil-kuntest tal-evalwazzjoni ta’ oppożizzjoni magħmula, abbażi tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 40/94 dwar it-trade mark Komunitarja, mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti, ma teżisti l-ebda regola li tgħid li, fil-każ ta’ trade marks imħallta li fl-istess ħin jinkludu elementi grafiċi u verbali, l-elementi verbali għandhom b’mod sistematiku jitqiesu bħala dominanti. Barra minn hekk, ma teżisti l-ebda regola li tgħid li l-parti denominattiva ta’ tali trade mark kumplessa għandha titqies bħala distintiva u ta’ fantasija meta tkun nieqsa minn tifsira partikolari.

(ara l-punti 55, 84)