Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tal-5 ta’ Mejju 2011 – Olymp Bezner vs UASI – Bellido (OLYMP)
(Kawża T‑204/09)
“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva OLYMP – Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti OLIMPO – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni –Xebh tas-sinjali – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009]”
Trade mark Komunitarja - Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu - Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 28, 57-60)
Suġġett
| Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tal-5 ta’ Marzu 2009 (Każ R 598/2008‑2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Miguel Bellido, SA u Olymp Bezner GmbH & Co. KG. |
Informazzjoni dwar il-kawża
Applikant għat-trade mark Komunitarja: | Olymp Bezner GmbH & Co. KG |
Trade mark Komunitarja kkonċernata: | Trade mark figurattiva OLYMP għal prodotti fil-klassi 25 – Applikazzjoni Nru 4713293 |
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni | Miguel Bellido, SA |
Trade mark jew sinjal invokat: | Reġistrazzjoni Spanjola tat-trade mark figurattiva OLIMPO għall-prodotti tal-klassi 25 |
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: | Oppożizzjoni milqugħa |
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: | Appell miċħud |
Dispożittiv
2) | | Olymp Bezner GmbH & Co. KG hija kkundannata għall-ispejjeż. |