Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ April 2021 – Ryanair vs Il-Kummissjoni (Finnair I; Covid-19)

(Kawża T-388/20)1

(“Għajnuna mill-Istat – Suq Finlandiż tat-trasport bl-ajru – Għajnuna mogħtija mill-Finlandja lil Finnair fil-kuntest tal-pandemija tal-COVID-19 – Garanzija tal-Istat assoċjata ma’ self – Deċiżjoni li ma jitqajmux oġġezzjonijiet – Qafas Temporanju għal Miżuri ta’ Għajnuna mill-Istat – Għajnuna intiża li tirrimedja disturb serju tal-ekonomija ta’ Stat Membru – Assenza ta’ bbilanċjar tal-effetti benefiċi tal-għajnuna mal-effetti negattivi tagħha fuq il-kundizzjonijiet tal-kummerċ u fuq iż-żamma ta’ kompetizzjoni mhux distorta – Ugwaljanza fit-trattament – Libertà ta’ stabbiliment – Libertà li jiġu pprovduti servizzi – Obbligu ta’ motivazzjoni”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Ryanair DAC (Swords, l-Irlanda) (rappreżentanti: E. Vahida, F.-C. Laprévote, S. Rating u I.-G. Metaxas-Maranghidis, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Flynn, S. Noë u F. Tomat, aġenti)

Intervenjenti insostenn tar-rikorrenti: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentant: L. Aguilera Ruiz, aġent), Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: E. de Moustier u P. Dodeller, aġenti), Ir-Repubblika tal-Finlandja (rappreżentant: H. Leppo, aġent)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2020) 3387 finali tat-18 ta’ Mejju 2020 dwar l-għajnuna mill-Istat SA.56809 (2020/N) – Il-Finlandja - COVID-19: Garanzija tal-Istat mogħtija lil Finnair.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Ryanair DAC hija kkundannata għall-ispejjeż tagħha stess kif ukoll għal dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea, inklużi dawk sostnuti fil-kuntest tat-talba għal trattament kunfidenzjali.

Ir-Renju ta’ Spanja, ir-Repubblika Franċiża u r-Repubblika tal-Finlandja għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.

____________

1     ĠU C 262, 10.8.2020.