Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tat-30 ta' Settembru 2010 - Vivier vs Il-Kummissjoni
"Servizz pubbliku - Membri tal-persunal temporanju - Klassifikazzjoni fil-grad -Gradi stabbiliti fis-sejħa għall-kandidaturi - Emenda tar-regoli ta' klassifikazzjoni tal-membri tal-persunal - Dispożizzjonijiet tranżitorji - Artikolu 12(3) tal-Anness XIII tar-Regolamenti tal-Persunal - Applikazzjoni b'analoġija"
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Jean-François Vivier (Petten, il-Pajjizi l-Baxxi) (rappreżentanti: inizjalment minn S. Orlandi, A. Coolen u É. Marchal, avukati, sussegwentement minn S. Orlandi, A. Coolen, J.-N. Louis u É. Marchal, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment minn H. Krämer u K. Herrmann, aġenti, sussegwentement minn J. Currall, aġent)
Suġġett
L-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tikklassifika lir-rikorrent fil-grad A*6 matul l-impjieg tiegħu bħala membru tal-persunal temporanju.
Dispożittiv
Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea ta' klassifikazzjoni, kif annessa mal-ftehim addizzjonali tal-21 ta' Lulju 2004 għall-kuntratt ta' membru tal-persunal temporanju ffirmat minn J.-F. Vivier fl-10 ta' Ġunju 2004, hija annullata.
Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata tbati l-ispejjeż tagħha u l-ispejjeż ta' J.-F. Vivier.
____________1 - ĠU C 193, 06/08/2005, p. 31. (kawża inizjalment irreġistrata quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza tal-Komunitajiet Ewropej [li saret il-Qorti Ġenerali] bin-numru T-196/05 u ttrasferita għat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea b'digriet tal-15.12.2005).