Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta' Settembru 2011 - Ruiz de la Prada de Sentmenat vs UASI - Quant Cosmetics Japan (AGATHA RUIZ DE LA PRADA)

(Kawża T-523/08) 1

["Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta' oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva AGATHA RUIZ DE LA PRADA - Trade marks nazzjonali u Komunitarja figurattivi preċedenti li jirrappreżentaw fjura sewda u bajda - Probabbiltà ta' konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]"]

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Agatha Ruiz de la Prada de Sentmenat (Madrid, Spanja) (rappreżentant: R. Bercovitz Álvarez, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: J. Crespo Carrillo, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Mary Quant Cosmetics Japan Ltd (Tokjo, il-Ġappun) (rappreżentanti: R. Arnold, solicitor, u C. Hicks, barrister)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tas-17 ta' Settembru 2008 (Każ R 1522/2007-1), dwar proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn Mary Quant Cosmetics Japan Ltd u Agatha Ruiz de la Prada de Sentmenat.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Agatha Ruiz de la Prada de Sentmenat hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 32, 07.02.2009.