Language of document :

Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Awwissu 2023 – AC Marca Brands vs EUIPO – Teb Barcelona (saniteb +)

(Kawża T-530/23)

Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrent: AC Marca Brands, SL (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: D. Pellisé Urquiza u J. C. Quero Navarro, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Teb Barcelona SCCL (Barcelona, Spanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea “saniteb +” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 18 388 452

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-27 ta’ Ġunju 2023 fil-Każ R 2172/2022-1

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO u/jew lil TEB Barcelona SCCL għall-ispejjeż sostnuti f’din il-proċedura, fil-proċedimenti ta’ oppożizzjoni u fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1) u (5) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

____________