Language of document :

Rikors ippreżentat fl-4 ta' April 2011 - Cahier et vs Il-Kunsill u Il-Kummissjoni

(Kawża T-195/11)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Jean-Marie Cahier (Montchaude, Franza), Robert Aubineau (Cierzac, Franza), Laurent Bigot (Saint Palais sur Mer, Franza), Pascal Bourdeau (Saintes Lheurine, Franza), Jacques Brard-Blanchard (Boutiers Saint Trojan, Franza), Olivier Charruaud (St Martial de Mirambeau, Franza), Daniel Chauvet (Saint Georges Antignac, Franza), Régis Chauvet (Marignac, Franza), Fabrice Compagnon (Avy, Franza), Francis Crepeau (Jarnac Champagne, Franza), Bernard Deborde (Arthenac, Franza), Chantal Goulard (Arthenac), Jean Pierre Gourdet (Moings, Franza), Bernard Goursaud (Brie sous Matha, Franza), Jean Gravouil (Saint Hilaire de Villefranche, Franza), Guy Herbelot (Echebrune, Franza), Rodrigue Herbelot (Echebrune), Sophie Landrit (Ozillac, Franza), Michel Mallet (Vanzac, Franza), Alain Marchadier (Villars en Pons, Franza), Michel Merlet (Jarnac Champagne), René Phelipon (Cierzac), Claude Potut (Avy), Philippe Pruleau (Saint Bonnet sur Gironde, Franza), Béatrice Rousseau (Gensac La Pallue, Franza), Jean-Christophe Rousseau (Segonzac, Franza), Françoise Rousseau (Burie, Franza), Pascale Rulleaud-Beaufour (Arthenac) u Alain Phelipon (Saintes, Franza) (rappreżentant: C.-E. Gudin, avukat)

Konvenuti: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tikkumpensa d-dannu kollu subit permezz ta' sanzjonijiet pekunjarji, jiġifieri s-somma ta':

EUR 53 600 għal dak li jikkonċerna lil Jean-Marie Cahier;

EUR 105 100 għal dak li jikkonċerna lil Robert Aubineau;

EUR 240 500 għal dak li jikkonċerna lil Laurent Bigot;

EUR 111 100 għal dak li jikkonċerna lil Pascal Bourdeau;

EUR 12 800 għal dak li jikkonċerna lil Jacques Brard-Blanchard;

EUR 37 600 għal dak li jikkonċerna lil Olivier Charruaud;

EUR 122 100 għal dak li jikkonċerna lil Daniel Chauvet;

EUR 40 500 għal dak li jikkonċerna lil Régis Chauvet;

EUR 97 100 għal dak li jikkonċerna lil Fabrice Compagnon;

EUR 105 600 għal dak li jikkonċerna lil Francis Crepeau;

EUR 1 081 500 għal dak li jikkonċerna lil Bernard Deborde;

EUR 64 800 għal dak li jikkonċerna lil Chantal Goulard;

EUR 94 400 għal dak li jikkonċerna lil Jean Pierre Gourdet;

EUR 43 000 għal dak li jikkonċerna lil Bernard Goursaud;

EUR 82 100 għal dak li jikkonċerna lil Jean Gravouil;

EUR 20 500 għal dak li jikkonċerna lil Guy Herbelot;

EUR 65 100 għal dak li jikkonċerna lil Rodrigue Herbelot;

EUR 53 000 għal dak li jikkonċerna lil Sophie Landrit;

EUR 39 500 għal dak li jikkonċerna lil Michel Mallet;

EUR 332 500 għal dak li jikkonċerna lil Alain Marchadier;

EUR 458 500 għal dak li jikkonċerna lil Michel Merlet;

EUR 23 000 għal dak li jikkonċerna lil René Phelipon;

EUR 85 100 għal dak li jikkonċerna lil Claude Potut;

EUR 3 500 għal dak li jikkonċerna lil Philippe Pruleau;

EUR 34 500 għal dak li jikkonċerna lil Béatrice Rousseau;

EUR 38 070 għal dak li jikkonċerna lil Jean-Christophe Rousseau;

EUR 24 300 għal dak li jikkonċerna lil Françoise Rousseau;

EUR 486 500 għal dak li jikkonċerna lil Pascale Rulleaud-Beaufour;

EUR 10 500 għal dak li jikkonċerna lil Alain Phelipon;

tistabbilixxi fil-forma ta' somma f'daqqa l-ammont tad-dannu morali għas-somma ta' EUR 100 000 għal kull wieħed mid-29 rikorrent;

tikkundanna lill-Kunsill u lill-Kummissjoni għall-ispejjeż u għall-ħlasijiet kollha:

li jikkonċernaw il-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea

li jikkonċernaw ukoll il-proċeduri kollha mibdija quddiem il-qrati nazzjonali kollha.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors, ir-rikorrenti jsostnu li teżisti responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Unjoni Ewropea minħabba ksur serju tal-Artikolu 40(2) TFUE, sa fejn l-Artikolu 28 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999, tas-17 ta' Mejju 1999, dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-inbid 1, kif implementat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1623/2000 2 u miżmum bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nruº479/2008 3, jinkludi projbizzjoni għall-produtturi tal-inbid miksub minn varjetajiet ta' dwieli bi skop doppju li jagħmlu d-distillazzjoni fi spirti, huma stess, ta' kwantitajiet ta' inbid b'denominazzjoni tal-oriġini prodotti li jeċċedu l-kwantità normalment prodotta.

L-awtoritajiet nazzjonali sistematikament ħadu passi kontra u kkundannaw lir-rikorrenti peress li naqsu milli jagħmlu kunsinna, għall-finijiet ta' distillazzjoni obbligatorja f'alkoħol tal-Istat minn distillaturi awtorizzati, il-kwantitajiet prodotti li jeċċedu l-kwantitajiet li normalment jiġu prodotti u li ma ġewx esportati bħala inbid lejn pajjiżi terzi.

Ir-rikorrenti jsostnu, fost oħrajn, li dan jirrigwarda ksur ta' atti perfettament ċari u inekwivoki li l-organi tal-Unjoni ma kellhomx setgħa diskrezzjonali fil-konfront tagħhom. Huma jinvokaw ksur tal-prinċipji ta' nondiskriminazzjoni, ta' ċertezza legali, ta' proporzjonalità, ta' Estoppel, tal-preżunzjoni ta' innoċenza minn frodi, ta' amministrazzjoni tajba, ta' premura u tad-dritt għal proprjetà, kif ukoll interferenza ħażin fuq il-libertà ta' produzzjoni u ta' kummerċjalizzazzjoni ta' prodott industrijali u l-estensjoni abbużiva tal-applikazzjoni ta' regolament bl-għan li jiġi stabbilizzat is-suq u jiġi ggarantit ċertu dħul għal produtturi, għal każijiet fejn ma jeżistux talbiet għal finanzjament min-naħa ta' dawn il-produtturi.

____________

1 - ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 26, p. 25.

2 - Regolament tal-Kummissjoni Nru 1623/2000, tal-25 ta' Lulju 2000, li jistabbilixxi regoli ddettaljati għall-implementazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999 dwar l-organizazzjoni komuni tas-suq tal-inbid fir-rigward tal-mekkaniżmi tas-suq (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 30, p. 182).

3 - Regolament tal-Kunsill (KE) Nruº479/2008, tad-29 ta' April 2008, dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-inbid, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1493/1999, (KE) Nru 1782/2003, (KE) Nru 1290/2005, (KE) Nru 3/2008 u li jħassar ir-Regolamenti (KEE) Nru 2392/86 u (KE) Nru 1493/1999 (ĠU L 148, p. 1).