Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Marzu 2019 – Julius-K9 vs EUIPO – El Corte Inglés (K9 UNIT)

(Kawża T-276/18) 1

(“Trade mark tal-unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għal trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea K9 UNIT – Trade mark figurattiva preċedenti tal-Unjoni Ewropea unit – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Julius-K9 Zrt (Szigetszentmiklós, l-Ungerija) (rappreżentant: G. Jambrik, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Lukošiūtė u H. O’Neill, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: El Corte Inglés, SA (Madrid, Spanja) (rappreżentant: J.L. Rivas Zurdo, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-Deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-22 ta’ Frar 2018 (Każ R1432/2017-2) dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Hipercor, SA u Julius-K9.

Dispożittiv

Id-Deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tat-22 ta’ Frar 2018 (Każ R1432/2017-2) hija annullata.

L-EUIPO għandu jbati, minbarra l-ispejjeż tiegħu, l-ispejjeż ta’ Julius-K9 Zrt.

El Corte Inglés, SA għandha tbati l-ispejjeż tagħha.

____________

1     ĠU C ##, ##.