Language of document : ECLI:EU:T:2019:200





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) tat-28 ta’ Marzu 2019 – Julius-K9 vs EUIPO – El Corte Inglés (K9 UNIT)

(Kawża T276/18)

“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għal trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea K9 UNIT – Trade mark figurattiva preċedenti tal-Unjoni Ewropea unit – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001”

1.      Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Definizzjoni u kisba tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu – Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti – Kriterji ta’ evalwazzjoni

(Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2017/1001, Artikolu 8(1)(b))

(ara l-punt 30)

2.      Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Definizzjoni u kisba tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu – Xebh bejn it-trade marks ikkonċernati – Kriterji ta’ evalwazzjoni – Trade mark kumplessa – Evalwazzjoni tal-karattru distintiv ta’ element li jikkomponi trade mark

(Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2017/1001, Artikolu 8(1)(b))

(ara l-punti 31, 32, 39, 44, 49)

3.      Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Definizzjoni u kisba tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu – Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti – Kunsiderazzjoni tal-elementi ta’ xebh jew ta’ diverġenza tas-sinjali – Teħid inkunsiderazzjoni tal-karatteristiċi intrinsiċi tas-sinjali jew tal-kundizzjonijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti jew tas-servizzi

(Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2017/1001, Artikolu 8(1)(b))

(ara l-punt 60)

4.      Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Definizzjoni u kisba tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu – Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti – Trade marks figurattivi K9 UNIT u unit

(Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2017/1001, Artikolu 8(1)(b))

(ara l-punti 62-64)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO, tat-22 ta’ Frar 2018 (Każ R 1432/2017-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Hipercor, SA u Julius‑K9.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tat-22 ta’ Frar 2018 (Każ R 1432/2017‑2) hija annullata.

2)

L-EUIPO huwa kkundannat ibati, minbarra l-ispejjeż tiegħu, dawk ta’ Julius‑K9 Zrt.

3)

El Corte Inglés, SA għandha tbati l-ispejjeż tagħha.