Language of document :

Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Mejju 2013 – Max Mara Fashion Group vs UASI – Mackays Stores (M&Co.)

(Kawża T-272/13)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Max Mara Fashion Group Srl (Torino, l-Italja) (rappreżentant: F. Terrano, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Mackays Stores Ltd (Renfrew, ir-Renju Unit)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni kkontestata tat-Tieni Bord tal-Appell tas-7 ta’ Marzu 2013 fil-Każ R 1199/2012-2;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva li tinkludi l-element verbali “M&Co.” għall-prodotti u servizzi fil-klassijiet 25 u 35 – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 9 128 679

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrenti

Trade mark jew sinjal invokat: it-trade marks figurattivi li jinkludu l-element verbali “MAX&Co.” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 18, 24, 25, 35, 42

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009.