Language of document :

Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Mejju 2013 – Nutrexpa vs UASI – Kraft Foods Italia Intellectual Property (Cuétara MARĺA ORO)

(Kawża T-271/13)

Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Nutrexpa, SL (Barcelona, Spanja) (rappreżentanti: J. Grau Mora, M. Ferrándiz Avendaño u Y. Sastre Canet, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Kraft Foods Italia Intellectual Property Srl (Milano, l-Italja)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tat-18 ta’ Marzu 2013 fil-Każ R 1285/2012-1, li tiċħad l-applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja (figurattiva) Nru 9 056 045 “Cuétara MARĺA ORO” sabiex tindika “frott fil-laned u niexef: ħxejjex fil-laned, nexfin u msajra” (klassi 29) u “dqiq u preparazzjonijiet magħmula miċ-ċereali, ħobż, għaġina u ħlewwiet, ġelat, biskuttini” (klassi 30), li konsegwentement għandhom jiġu rreġistrati mill-UASI;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva li tinkludi l-elementi verbali “Cuétara MARĺA ORO” għal prodotti fil-klassijiet 5, 29 u 30 - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 9 056 045

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Kraft Foods Italia Intellectual Property Srl

Trade mark jew sinjal invokat: it-trade marks figurattivi nazzjonali u Komunitarja li jinkludu l-element verbali “ORO” għal prodotti fil-klassijiet 29 u 30

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa parzjalment

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009