Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-31 ta’ Marzu 2014 – SACBO vs Il-Kummissjoni u INEA

(Kawża T-270/13) 1

(“Rikors għal annullament – Għajnuna finanzjarja Komunitarja favur proġetti ta’ interess komuni fil-qasam tan-netwerks trans-Ewropej tat-trasport u tal-enerġija – Nuqqas ta’ interess dirett – Att li ma jistax jiġi kkontestat – Att preparatorju – Inammissibbiltà”)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Società per l’aeroporto civile di Bergamo-Orio al Serio SpA (SACBO SpA) (Grassobbio, l-Italja) (rappreżentanti: M. Muscardini u G. Greco, avukati)

Konvenuti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Hottiaux u E. Montaguti, aġenti); u L-Aġenzija Eżekuttiva għall-Innovazzjoni u n-Netwerks (INEA) (rappreżentanti: I. Ramallo, aġent, u M. Merola, C. Santacroce u L. Armati, avukati)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tat-18 ta’ Marzu 2013, tal-Aġenzija Eżekuttiva tan-Netwerk tat-Trasport Trans-Ewropew (TENT-T EA), dwar ċerti spejjeż esposti mat-twettiq ta’ studju tal-fattibbiltà li jikkonċerna n-natura intermodali tal-ajruport ta’ Bergamo-Orio al Serio (l-Italja) wara għajnuna finanzjarja mogħtija mill-Kummissjoni lill-Ente Nazionale per l’Aviazione Civile (ENAC, awtorità nazzjonali tal-avjazzjoni ċivili Taljana).DispożittivIr-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talba għal intervent tar-Repubblika tal-Polonja.Is-Società per l’aeroporto civile di Bergamo-Orio al Serio SpA (SACBO SpA) għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess, kif ukoll dawk esposti mill-Kummissjoni Ewropea u mill-Aġenzija Eżekuttiva għall-Innovazzjoni u n-Netwerks (INEA).