Language of document : ECLI:EU:T:2015:939





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) tal-4 ta’ Diċembru 2015 – Sarafraz vs Il‑Kunsill

(Kawża T‑273/13)

“Politika estera u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi meħuda kontra ċerti persuni u entitajiet fir-rigward tas-sitwazzjoni fl-Iran – Iffriżar ta’ fondi – Restrizzjonijiet ta’ dħul u ta’ passaġġ fi tranżitu fit-territorju tal-Unjoni – Bażi legali – Obbligu ta’ motivazzjoni – Dritt għal smigħ – Żball ta’ evalwazzjoni – Ne bis in idem – Libertà ta’ espressjoni – Libertà tal-midja – Libertà professjonali – Moviment liberu – Dritt għall-proprjetà”

1.                     Proċedura ġudizzjarja – Rikors promotur – Rekwiżiti proċedurali – Identifikazzjoni tas-suġġett tat-tilwima – Espożizzjoni sommarja tal-motivi invokati – Rekwiżiti analogi għall-ilmenti invokati insostenn ta’ motiv (Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 21, u l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 53; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali (1991), Artikolu 44(1)(ċ) u (d)) (ara l-punti 45, 46, 118, 167)

2.                     Proċedura ġudizzjarja – Deċiżjoni jew regolament li jissostitwixxi l-att ikkontestat fil-mori tal-kawża – Element ġdid – Estensjoni tat-talbiet u tal-motivi inizjali (Artikolu 263 TFUE; Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2013/124/PESK u 2015/555/PESK; Regolament tal-Kunsill 2015/548) (ara l-punti 54, 58)

3.                     Rikors għal annullament – Ġurisdizzjoni tal-qorti tal-Unjoni – Talbiet intiżi li tinkiseb ordni indirizzata lil istituzzjoni – Inammissibbiltà (Artikolu 263 TFUE) (ara l-punti 61, 62)

4.                     Atti tal-istituzzjonijiet – Motivazzjoni – Obbligu – Portata – Miżuri restrittivi kontra l-Iran – Iffriżar ta’ fondi ta’ persuni, entitajiet jew organi li jipparteċipaw fi jew li jsostnu l-proliferazzjoni nukleari – Rekwiżiti minimi (Artikolu 296 TFUE; Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2013/124/PESK,  2014/205/PESK, u 2015/555/PESK; Regolamenti tal-Kunsill Nru 206/2013, Nru 371/2014 u 2015/548) (ara l-punti 69-74)

5.                     Rikors għal annullament – Motivi – Nuqqas jew insuffiċjenza ta’ motivazzjoni – Motiv distint minn dak li jirrigwarda l-legalità fil-mertu (Artikoli 263 TFUE u 296 TFUE) (ara l-punti 75, 76)

6.                     Unjoni Ewropea – Stħarriġ ġudizzjarju tal-legalità tal-atti tal-istituzzjonijiet – Miżuri restrittivi kontra l-Iran – Miżuri meħuda fil-kuntest tal-ġlieda kontra l-proliferazzjoni nukleari – Portata tal-istħarriġ (it-tieni paragrafu tal-Artikolu 275 TFUE; Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikoli 41(2) u 47; Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/124/PESK; Regolament tal-Kunsill Nru 206/2013) (ara l-punti 89-92, 125-128, 145)

7.                     Dritt tal-Unjoni Ewropea – Prinċipji – Drittijiet tad-difiża – Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva – Miżuri restrittivi kontra l-Iran – Iffriżar ta’ fondi ta’ persuni, entitajiet jew organi li jipparteċipaw fi jew li jsostnu l-proliferazzjoni nukleari – Dritt għal smigħ qabel l-adozzjoni ta’ tali miżuri – Assenza (it-tieni paragrafu tal-Artikolu 275 TFUE; Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikoli 41(2) u 47; Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/124/PESK; Regolament tal-Kunsill Nru 206/2013) (ara l-punt 94)

8.                     Politika estera u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi kontra l-Iran – Bażi legali – Miżuri restrittivi previsti permezz ta’ deċiżjoni adottata abbażi tal-Artikolu 29 TUE u permezz ta’ regolament ibbażat fuq l-Artikolu 215 TFUE (Artikoli 21(2), 23 u 29 TUE ; Artikoli 205 TFUE u 215(2) TFUE; Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2011/235/PESK, 2013/124/PESK, 2014/205/PESK u 2015/555/PESK; Regolamenti tal-Kunsill Nru 359/2011, 206/2013, 371/2014 u 2015/548) (ara l-punti 100-108, 116)

9.                     Proċedura ġudizzjarja – Tressiq ta’ motivi ġodda fil-mori tal-kawża – Motiv imqajjem għall-ewwel darba fl-istadju tar-replika – Inammissibbiltà (Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikoli 44(1)(ċ) u 48(2)) (ara l-punt 119)

10.                     Politika estera u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi kontra l-Iran – Inklużjoni tad-direttur ta’ kumpannija fil-lista ta’ persuni u entitajiet li huma suġġetti għall-iffriżar ta’ fondi u ta’ riżorsi ekonomiċi – Inklużjoni bbażata fuq deċiżjoni preċedenti ta’ awtorità nazzjonali regolatorja u tal-kompetizzjoni indipendenti fis-settur tal-kommunikazzjoni li timponi multa fuq il-kumpannija – Assenza ta’ identità ta’ min wettaq il-ksur – Assenza ta’ identità tal-interess ġuridiku – Ksur tal-prinċipju ta’ ne bis in idem – Assenza (Karta tad-Drittijiet Fundamentali, Artikolu 50; Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2013/124/PESK, 2014/205/PESK, u 2015/555/PESK; Regolamenti tal-Kunsill Nru 206/2013, Nru 371/2014 u 2015/548) (ara punti 158-163)

11.                     Politika estera u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi kontra l-Iran – Iffriżar ta’ fondi ta’ persuni, entitajiet jew organi li jipparteċipaw fi jew li jsostnu l-proliferazzjoni nukleari – Restrizzjoni tad-dritt għal-libertà ta’ espressjoni u għal-libertà professjonali – Restrizzjoni tad-dritt għall-proprjetà – Ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità – Assenza (Karta tad-Drittijiet Fundamentali, Artikoli 11, 17(1), u 52(1); Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2011/235/PESK, 2013/124/PESK, 2014/205/PESK, u 2015/555/PESK; Regolamenti tal-Kunsill Nru 359/2011, Nru 206/2013, Nru 371/2014 u 2015/548) (ara l-punti 177-192, 198-202)

12.                     Politika estera u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi kontra l-Iran – Projbizzjoni ta’ dħul u ta’ passaġġ kif ukoll iffriżar tal-fondi ta’ ċerti persuni u entitajiet li jipparteċipaw fi jew li jsostnu l-proliferazzjoni nukleari – Restrizzjoni tal-moviment liberu fl-Unjoni – Ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità – Assenza (Artikolu 29 TUE ; Artikolu 21(1) TFUE; Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2013/124/PESK, 2014/205/PESK, u 2015/555/PESK; Regolamenti tal-Kunsill Nru 206/2013, Nru 371/2014 u 2015/548) (ara punti 194-196)

Suġġett

Talba għall-annullament parzjali, l-ewwel nett, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/124/PESK, tal-11 ta’ Marzu 2013, li temenda d-Deċiżjoni 2011/235/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet fil-kuntest tas-sitwazzjoni fl-Iran (ĠU L 68, p. 57), it-tieni nett, tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 206/2013, tal-11 ta’ Marzu 2013, li jimplimenta l-Artikolu 12(1) tar-Regolament (UE) Nru 359/2011 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fil-kuntest tas-sitwazzjoni fl-Iran (ĠU L 68, p. 9), it-tielet nett, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/205/PESK, tal-10 ta’ April 2014, li temenda d-Deċiżjoni 2011/235/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet fil-kuntest tas-sitwazzjoni fl-Iran (ĠU L 109, p. 25), ir-raba’ nett, tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 371/2014, tal-10 ta’ April 2014, li jimplimenta l-Artikolu 12(1) tar-Regolament (UE) Nru 359/2011 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fil-kuntest tas-sitwazzjoni fl-Iran (ĠU L 109, p. 9), il-ħames nett, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/555, tas-7 ta’ April 2015, li temenda d-Deċiżjoni 2011/235/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet fil-kuntest tas-sitwazzjoni fl-Iran (ĠU L 92, p. 91), u, is-sitt nett, tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2015/548, tas-7 ta’ April 2015, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 359/2011 dwar miżuri restrittivi kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fil-kuntest tas-sitwazzjoni fl-Iran (ĠU L 92, p. 1), sa fejn dawn l-atti jikkonċernaw lir-rikorrent.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Mohammad Sarafraz għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk esposti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

3)

Stiftung Organisation Justice for Iran għandha tbati l-ispejjeż tagħha.