Language of document :

Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Frar 2014 – Albis Plastic vs UASI- IQAP Masterbatch Group (ALCOLOR)

(Kawża T-132/14)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Albis Plastic GmbH (Hamburg, il-Ġermanja) (rappreżentant: C. Klawitter, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: IQAP Masterbatch Group, SL (Masíes de Roda, Spanja)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni li t-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tat fit-3 ta’ Diċembru 2013 fil-Każ R 1015/2012-2;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: it-trade mark verbali “ALCOLOR” għal prodotti u servizzi fil-klassi 1 – trade mark Komunitarja Nru 3 073 889

Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark Komunitarja: IQAP Masterbatch Group, SL

Motivazzjoni tat-talba għal invalidità: it-trade mark figurattiva nazzjonali li tinkludi l-element verbali “ALCOLOR” għal prodotti fil-klassi 2, kif ukoll l-isem tal-kumpannija “ALCOLOR” użat fil-kummerċ fi Spanja fir-rigward ta’ “koloranti”

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità miċħuda.

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: rikors milqugħ u rinviju tal-kawża quddiem id-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 53(1) tar-Regolament Nru 207/2009 u tal-modalitajiet ta’ applikazzjoni tagħha.