Language of document :

Appell ippreżentat fil-21 ta’ Frar 2014 minn Catherine Teughels mis-sentenza mogħtija fil-11 ta’ Diċembru 2013 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-117/11, Teughels vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-131/14 P)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: Catherine Teughels (Eppegem, il-Belġju) (rappreżentant: L. Vogel, avukat)

Appellata: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tal-appellanti

tannulla b’mod integrali s-sentenza appellata, mogħtija fil-11 ta’ Diċembru 2013 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea f’sessjoni plenarja, innotifikata b’faks tal-11 ta’ Diċembru 2013, li permezz tagħha kien ġie miċħud ir-rikors ippreżentat mill-appellanti, bid-data tat-8 ta’ Novembru;

billi tinvoka l-mertu tar-rikors ippreżentat mill-appellanti quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku, tiddikjarah fondat u konsegwentement, tannulla d-deċiżjonijiet li kienu s-suġġett tiegħu;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż, skont l-Artikolu 87(2) tar-Regoli tal-Proċeduri, inklużi l-ispejjeż indispensabbli li saru għall-finijiet tal-proċedura, u b’mod partikolari l-ispejjeż tal-ivvjaġġar u tal-akkomodazzjoni, kif ukoll ir-remunerazzjoni tal-avukati, skont l-Artikolu 91(b) tar-Regoli tal-Proċeduri.

Aggravji u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors, l-appellanti tinvoka żewġ aggravji.

L-ewwel aggravju bbażat fuq ksur tal-Artikolu 11(2) tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea u tal-Artikolu 26(1) u (4) tal-Anness XIII tal-imsemmija Regolamenti, fuq ksur tad-drittijiet miksuba u ksur tal-prinċipji ta’ ċertezza legali u ta’ nuqqas ta’ retroattività, kif ukoll ta’ nuqqas ta’ motivazzjoni. L-appellanti ssostni li:

it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (TSP) ta effett retroattiv lid-dispożizzjonijiet ġenerali ta’ implementazzjoni relattivi għall-Artikoli 11 u 12 tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal dwar it-trasferiment ta’ drittijiet għall-pensjoni adottati fl-2011 billi ddeċieda li, sabiex jiġi ffissat in-numru ta’ snin ta’ servizz li, skont l-iskema Komunitarja ta’ pensjonijiet, jikkorrispondi għall-ekwivalenza attwarjali tad-drittijiet għall-pensjoni tal-appellanti taħt l-iskema Belġjana ta’ pensjonijiet, l-Awtorità tal-Ħatra setgħet tapplika, b’mod validu, id-dispożizzjonijiet ġenerali ta’ implementazzjoni tal-2011 minħabba li meta daħlu fis-seħħ dawn id-dispożizzjonijiet, l-appellanti ma setgħetx tinsab f’sitwazzjoni “kompletament ikkostitwita” taħt is-sistema tad-dispożizzjonijiet ġenerali ta’ implementazzjoni tal-2004, billi ma aċċettatx il-proposta ta’ kalkolu li kienet ġiet preċedentement sottomessa lilha, u dan minkejja li l-applikazzjoni għat-trasferiment tad-drittijiet għall-pensjoni kienet ġiet ippreżentata f’Novembru 2008, li d-drittijiet tal-appellanti kienu għaldaqstant definittivament ċari sa din id-data u li konsegwentement huma kellhom jiġu ddefiniti skont id-dispożizzjonijiet ġenerali ta’ implementazzjoni tal-2004;it-TFP ma ġġustifikax legalment l-analiżi tiegħu u ma spjegax għal liema raġuni id-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Persunal invokati mill-appellanti fir-rikors tagħha fl-ewwel istanza u l-prinċipji stabbiliti fihom kellhom jiġu miċħuda f’dan il-każ.    It-tieni motiv ibbażat fuq ksur tal-prinċipji ta’ ċertezza legali u “patere legem quam ipse fecisti”, fuq ksur tad-drittijiet miksuba, fuq nuqqas ta’ motivazzjoni kif ukoll fuq ksur tal-awtorità u s-saħħa vinkolanti li tirriżulta minn kull att amministrattiv individwali u, b’mod iktar partikolari, mid-deċiżjoni meħuda fir-rigward tal-appellanti fid-29 ta’ Ġunju 2010. L-appellanti ssostni li:it-TFP ddeċieda, b’mod żbaljat, li s-sitwazzjoni tal-appellanti ma kinitx kompletament ikkostitwita taħt is-sistema tad-dispożizzjonijiet ġenerali ta’ implementazzjoni tal-2004 meta daħlu fis-seħħ id-dispożizzjonijiet ġenerali ta’ implementazzjoni tal-2011, peress li l-appellanti “la kienet aċċettat u lanqas irrifjutat formalment” il-proposta tal-kalkolu li kienet saritilha fid-29 ta’

Ġunju 2010, minkejja li din il-proposta ta’ kalkolu kienet tikkostitwixxi deċiżjoni amministrattiva reali, li taffettwa b’mod definittiv id-drittijiet tal-appellanti;l-amministrazzjoni ma setgħetx iktar tirrestrinġi, b’mod unilaterali, id-drittijiet li k

ienu rriżultaw mill-proposta ta’ kalkolu li kienet legalment vinkolanti għaliha;it-TFP kiser il-prinċipju li n-natura definittiva u vinkolanti ta’ deċiżjoni unilaterali tal-Kummissjoni ma tiddependix mill-kunsens tad-destinatarja tagħha.