Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Ottubru 2015 – Il-Kunsill vs Simpson
(Kawża T-130/14 P)1
(“Appell – Servizz pubbliku – Uffiċjali – Avvanz fil-grad – Klassifikazzjoni fi grad – Deċiżjoni li l-persuna kkonċernata ma tingħatax il-grad AD 9 wara li għaddiet minn kompetizzjoni ġenerali ta’ grad AD 9 – Żnaturament tal-provi”)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Appellant: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment M. Bauer u A. Bisch, sussegwentement M. Bauer u E. Rebasti, aġenti)
Appellat: Erik Simpson (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: M. Velardo, avukat)
Suġġett
Appell mis-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (L-Ewwel Awla), tat-12 ta’ Diċembru 2013, Simpson vs Il-Kunsill (F-142/11, ĠabraSP, EU:F:2013:201), u intiż għall-annullament parzjali ta’ din is-sentenza.DispożittivIs-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (L-Ewwel Awla), tat-12 ta’ Diċembru 2013, Simpson vs Il-Kunsill (F-142/11, ĠabraSP, EU:F:2013:201), hija annullata sa fejn it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku annulla d-deċiżjoni li permezz tagħha l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea ċaħad it-talba ta’ Erik Simpson intiża sabiex jikseb avvanz għall-grad AD 9 minħabba li kien għadda mill-kompetizzjoni EPSO/AD/113/07 u sa fejn hija kkundannat lill-Kunsill għall-ispejjeż kollha (punti 1 u 3 tad-dispożittiv ta’ din is-sentenza).Il-kawża hija rrinvijata quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku.L-ispejjeż huma rriżervati.
____________1 ĠU C 135, 5.5.2014.