Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Mejju 2016 – Andres et vs BĊE

(Kawża T-129/14 P) 1

(“Appell – Servizz pubbliku – Persunal tal-BĊE – Pensjonijiet – Riforma tal-iskema ta’ previdenza – Iffriżar tal-pjan ta’ pensjoni – Kundizzjonijiet tal-impjieg tal-persunal tal-BĊE – Dritt għal konsultazzjoni – Differenza fin-natura bejn ir-relazzjoni ta’ impjieg kuntrattwali u r-relazzjoni ta’ impjieg taħt ir-Regolamenti tal-Persunal – Żnaturament – Żball ta’ liġiˮ )

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: Carlos Andres (Frankfurt am Main, il-Ġermanja) u l-150 appellant ieħor li isimhom jinsabu fl-anness mas-sentenza (rappreżentant: L. Levi, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) (rappreżentanti: inizjalment B. Ehlers u M. López Torres, sussegwentement B. Ehlers u F. Malfrère, aġenti, assistiti minn B. Wägenbaur, avukat)

Suġġett

Appell mis-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tieni Awla), tal-11 ta’ Diċembru 2013, Andres et vs BĊE (F-15/10, EU:F:2013:194), u intiż għall-annullament ta’ din is-sentenza.

Dispożittiv

L-appell huwa miċħud.

Carlos Andres u l-appellanti l-oħra li isimhom jinsabu fl-anness huma kkundannati għall-ispejjeż.

____________

1 ĠU C 159, 26.5.2014.