Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tas-6 ta' Mejju 2009 - Sergio et vs Il-Kummissjoni
(Servizz pubbliku - Drittijiet u obbligi - Libertà trejdjunjinistika - Protokoll ta' Ftehim Kummissjoni-Organizzazzjonijiet Trejdjunjinistiċi u Professjonali - Deċiżjonijiet individwali ta' kollokament/eżenzjoni mis-servizz ibbażati fuq protokoll - Att li jikkawża preġudizzju - Locus standi - Uffiċjal li jaġixxi f'ismu u mhux f'isem organizzazzjoni trejdjunjinistika - Inammissibbiltà - Notifika taċ-ċaħda tal-ilment lill-avukat tar-rikorrenti - Punt ta' tluq tat-terminu għall-preżentata ta' rikors)
Lingwa tal-kawża:Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Giovanni Sergio (Brussell, il-Belġju) u oħrajn (rappreżentant: M. Lucas, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: J. Currall u B. Eggers, aġenti]
Suġġett
Minn naħa, l-annullament tal-"Protokoll ta' Ftehim bejn l-Organizzazzjonijiet Trejdjunjinistiċi u Professjonali (OTP) u d-Direttorat Ġenerali tal-Persunal u tal-Amministrazzjoni (DĠ ADMIN)", kif ukoll tad-deċiżjonijiet tal-Awtorità tal-Ħatra kkonfermati mill-Protokoll tad-19 ta' Diċembru 2006 u tad-deċiżjoni tal-14 ta' Novembru 2006 u, min-naħa l-oħra, talba għal danni taħt il-forma tal-ħlas simboliku ta' EUR 1
Dispożittiv
Ir-rikors huwa miċħud.
Sergio, Blanchard, Marquez-Garcia, Scheuer u Wurzler huma kkundannati għall-ispejjeż.
____________1 - ĠU C 79, 29.03.2008, p. 37.