Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ Marzu 2022 – Cathay Pacific Airways vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-343/17) 1

(“Kompetizzjoni – Akkordji – Suq tal-merkanzija bl-ajru –Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE, tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE u tal-Artikolu 8 tal-Ftehim bejn il-Komunità u l-Isvizzera fuq it-trasport bl-ajru – Koordinazzjoni ta’ elementi tal-prezz tas-servizzi ta’ merkanzija bl-ajru (soprataxxa tal-fjuwil, soprataxxa tas-sigurtà, ħlas ta’ kummissjoni fuq is-soprataxxi) – Skambju ta’ informazzjoni – Kompetenza territorjali tal-Kummissjoni – Drittijiet tad-difiża – Preskrizzjoni – Restrizzjoni tal-Istat – Ksur uniku u kontinwu – Ammont tal-multa – Valur tal-bejgħ – Gravità tal-ksur – Ċirkustanzi attenwanti – Inkoraġġiment ta’ aġir antikompetittiv mill-awtoritajiet pubbliċi – Parteċipazzjoni sostanzjalment imnaqqsa – Proporzjonalità – Ġurisdizzjoni sħiħa”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Cathay Pacific Airways Ltd (Hong Kong, iċ-Ċina) (rappreżentanti: R. Kreisberger, QC, N. Grubeck, barrister, M. Rees, solicitor, u E. Estellon, avukat)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Dawes u C. Urraca Caviedes, aġenti, assistiti minn J. Holmes, QC)

Suġġett

Rikors ibbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiż għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2017) 1742 finali tas-17 ta’ Marzu 2017 li tirrigwarda proċediment skont l-Artikolu 101 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE u l-Artikolu 8 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar it-Trasport bl-Ajru (Każ AT.39258 – Trasport bl-ajru), sa fejn tirrigwarda lir-rikorrenti, u, sussidjarjament, għat-tnaqqis tal-ammont tal-multa imposta fuqha.

Dispożittiv

L-Artikolu 1(1)(g) u l-Artikolu 4(g) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2017) 1742 finali tas-17 ta’ Marzu 2017 li tirrigwarda proċediment skont l-Artikolu 101 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE u l-Artikolu 8 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar it-Trasport bl-Ajru (Każ AT.39258 – Trasport bl-ajru) huma annullati.

L-ammont tal-multa imposta fuq Cathay Pacific Airways Ltd, fl-Artikolu 3(g) tal-imsemmija deċiżjoni, huwa stabbilit għal EUR 47 040 000.

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

Cathay Pacific Airways għandha tbati terz tal-ispejjeż tagħha.

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha u żewġ terzi tal-ispejjeż ta’ Cathay Pacific Airways.

____________

1     ĠU C 239, 24.7.2017.