Language of document : ECLI:EU:T:2022:184


 


 



Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla Estiża) tat30 ta’ Marzu 2022 –
Cathay Pacific Airways vs IlKummissjoni

(Kawża T343/17) (1)

“Kompetizzjoni – Akkordji – Suq tat-trasport tal-merkanzija bl-ajru – Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE, tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE u tal-Artikolu 8 tal-Ftehim bejn il-Komunità u l-Isvizzera dwar it-Trasport bl-Ajru – Koordinazzjoni ta’ elementi tal-prezz tas-servizzi ta’ merkanzija bl-ajru (soprataxxa tal-fjuwil, soprataxxa tas-sigurtà, ħlas ta’ kummissjoni fuq is-soprataxx) – Skambju ta’ informazzjoni – Kompetenza territorjali tal-Kummissjoni – Drittijiet tad-difiża – Preskrizzjoni – Restrizzjoni tal-Istat – Ksur uniku u kontinwu – Ammont tal-multa – Valur tal-bejgħ – Gravità tal-ksur – Ċirkustanzi attenwanti – Inkoraġġiment tal-aġir antikompetittiv mill-awtoritajiet pubbliċi – Parteċipazzjoni sostanzjalment mnaqqsa – Proporzjonalità – Ġurisdizzjoni sħiħa”

1.      Kompetizzjoni – Trasport – Regoli tal-kompetizzjoni – Trasport bl-ajru – Regolament Nru 411/2004 – Kamp ta’ applikazzjoni – Rotot Unjoni-pajjiżi terzi u rotot ŻEE ħlief l-Unjoni-pajjiżi terzi – Servizzi ta’ trasport ta’ merkanzija bl-ajru deħlin – Inklużjoni

(Artikoli 101 u 102 TFUE; Ftehim ŻEE, Artikoli 53 u 54 u Anness XIII u Protokoll 21, kif emendati bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-
ŻEE Nru 40/2005; Regolamenti tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 32(ċ) u Nru 411/2004, Artikoli 1 u 3)

(ara l-punti 79-94)

2.      Kompetizzjoni – Regoli tal-Unjoni – Kamp ta’ applikazzjoni territorjali – Kompetenza tal-Kummissjoni – Ammissibbiltà fid-dawl tad-dritt internazzjonali pubbliku – Implimentazzjoni jew effetti kklassifikati bħala prattiki abbużivi fiż-ŻEE – Rimedji alternattivi – Kriterju ta’ effett immedjat, sostanzjali u prevedibbli – Portata fil-preżenza ta’ aġir li għandu l-għan li jirrestrinġi l-kompetizzjoni

(Artikolu 101 KE; Ftehim ŻEE, Artikolu 53)

(ara l-punti 96-98, 112, 114-123, 134-136, 151-153, 162-170, 178)

3.      Rikors għal annullament – Motivi – Nuqqas ta' kompetenza tal-istituzzjoni awtur tal-att ikkontestat – Eżami ex officio mill-qorti tal-Unjoni – Kundizzjoni – Osservanza tal-prinċipju ta’ kontradittorju

(Artikolu 263 TFUE)

(ara l-punti 192, 193)

4.      Kompetizzjoni – Proċedura amministrattiva – Preskrizzjoni fil-qasam tal-azzjonijiet – Sospensjoni – Effett sospensiv marbut ma’ proċeduri ġudizzjarji pendenti – Portata – Effet erga omnes – Assenza – Konsegwenza – Determinazzjoni skont is-suġġett tat-tilwima

(Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23 u Artikolu 25(6))

(ara l-punti 228, 229, 235)

5.      Kompetizzjoni – Proċedura amministrattiva – Setgħat tal-Kummissjoni – Setgħa li tiġi adottata deċiżjoni li tikkonstata ksur wara preskrizzjoni fil-qasam tal-impożizzjoni ta’ sanzjonijiet fis-sens tar-Regolament Nru 1/2003 – Kundizzjoni – Eżistenza ta’ interess leġittimu li ssir tali konstatazzjoni

(Artikolu 101 TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikoli 7 u 25)

(ara l-punti 230, 246)

6.      Rikors għal annullament – Suġġett – Deċiżjoni li tikkonstata ksur tar-regoli tal-kompetizzjoni mwettaq minn diversi destinatarji – Elementi, li jikkonċernaw destinatarji għajr ir-rikorrent, mhux ikkontestati jew ikkontestati wara l-iskadenza tat-terminu – Esklużjoni – Konsegwenza – Teħid inkunsiderazzjoni biss tal-elementi tad-dispożittiv tad-deċiżjoni u tal-motivi neċessarji insostenn tagħha li jikkonċernaw lir-rikorrent

(Artikoli 101 u 263 u r-raba’ paragrafu tal-Artikolu 288 TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikoli 7 u 25)

(ara l-punti 237-242)

7.      Akkordji – Projbizzjoni – Ksur – Ftehimiet u prattiki miftiehma li jikkostitwixxu ksur uniku – Kunċett – Prattiki u aġir ta’ ksur li jagħmlu parti minn pjan ġenerali li għandu għan wieħed – Evalwazzjoni – Kriterji – Identità ta’ oġġett u ta’ impriżi – Ħtieġa ta' rabta kumplimentari bejn id-diversi aġir inkwistjoni – Assenza

Artikolu 101 TFUE; Ftehim ŻEE, Artikolu 53; Ftehim KE-Svizzera dwar it-Trasport bl-Ajru, Artikolu 8)

(ara l-punti 270-273, 283-287)

8.      Kompetizzjoni – Proċedura amministrattiva – Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tikkonstata ksur – Prova tal-ksur u tat-tul tiegħu li għandha tiġi prodotta mill-Kummissjoni – Portata tal-oneru probatorju – Ksur uniku u kontinwu – Għarfien jew prevedibbiltà tal-pjan globali tal-akkordju u tal-elementi prinċipali tiegħu – Sensiela ta’ indizji

(Artikolu 101 TFUE; Ftehim ŻEE, Artikolu 53; Ftehim KE-Svizzera dwar it-Trasport bl-Ajru, Artikolu 8; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(2) u (3)

(ara l-punti 348-350, 369-373)

9.      Kompetizzjoni – Regoli tal-Unjoni – Kamp ta’ applikazzjoni ratione materiae – Aġir impost minn miżuri statali – Esklużjoni – Kundizzjonijiet – Eżistenza ta’ restrizzjonijiet statali li jistgħu jeskludu kwalunkwe aġir awtonomu tal-impriżi – Oneru tal-prova li jaqa’ fuq l-impriża – Portata

Artikoli 101 u 102 TFUE

(ara l-punti 391-395, 410-415)

10.    Kompetizzjoni – Regoli tal-Unjoni – Kamp ta’ applikazzjoni ratione materiae – Aġir impost minn miżuri statali – Esklużjoni – Portata – Restrizzjoni stattali eżerċitata minn pajjiż terz – Assenza ta’ effett – Ammissibbiltà fid-dawl tad-dritt internazzjonali pubbliku

(Artikoli 101 u 102 TFUE

(ara l-punti 458-460, 464-467)

11.    Kompetizzjoni – Multi – Ammont – Determinazzjoni – Iffissar tal-ammont bażiku – Determinazzjoni tal-valur tal-bejgħ – Bejgħ imwettaq b’rabta diretta jew indiretta mal-ksur – Akkordju fis-settur tas-servizzi ta’ trasport tal-merkanzija bl-ajru – Akkordju li jkopri diversi elementi tal-prezz tas-servizzi ta’ trasport ta’ merkanzija – Teħid inkunsiderazzjoni tal-ammont kollu tal-bejgħ marbut mas-servizzi ta’ trasport tal-merkanzija – Ammissibbiltà – Ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità – Assenza

(Artikolu 101 TFUE; Ftehim ŻEE, Artikolu 53; Ftehim KE-Svizzera dwar it-Trasport bl-Ajru, Artikolu 8; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(2) u (3); Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 2006/C 210/02, punti 6 u 13)

(ara l-punti 518-526, 528-542)

12.    Kompetizzjoni – Multi – Ammont – Determinazzjoni – Iffissar tal-ammont bażiku – Determinazzjoni tal-valur tal-bejgħ – Teħid inkunsiderazzjoni biss tal-valur tal-bejgħ imwettaq f’relazzjoni diretta jew indiretta mal-ksur fis-settur ġeografiku kkonċernat – Bejgħ imwettaq ġewwa t-territorju taż-Żona Ekonomika Ewropea – Akkordju fis-settur tas-servizzi ta’ trasport ta’ merkanzija bl-ajru – Teħid inkunsiderazzjoni tal-valur ta’ servizzi ta’ trasport tal-merkanzija bl-ajru deħlin – Ammissibbiltà

(Artikolu 101 TFUE; Ftehim ŻEE, Artikolu 53; Ftehim KE-Svizzera dwar it-Trasport bl-Ajru, Artikolu 8; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(2); Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 2006/C 210/02, punt 13)

(ara l-punti 549-569)

13.    Kompetizzjoni – Multi – Ammont – Determinazzjoni – Iffissar tal-ammont bażiku – Gravità tal-ksur – Kriterji ta’ evalwazzjoni – Natura tal-ksur – Akkordju orizzontali fil-qasam tal-prezzijiet – Gravità inerenti għal tali ksur li jista’ jiġġustifika l-għażla ta’ koeffiċjent ta’ gravità għolja

(Artikolu 101 TFUE; Ftehim ŻEE, Artikolu 53; Ftehim KE-Svizzera dwar it-Trasport bl-Ajru, Artikolu 8; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(2)u (3); Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 2006/C 210/02, punti 19-23)

(ara l-punti 576-581)

14.    Kompetizzjoni – Multi – Ammont – Determinazzjoni – Stħarriġ ġudizzjarju – Ġurisdizzjoni sħiħa tal-qorti tal-Unjoni – Portata – Limitu – Osservanza tal-prinċipju tal-kontradittorju – Teħid inkunsiderazzjoni tal-Linji gwida għall-kalkolu tal-multi

(Artikolu 261 TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 31; Avviż tal-Kummissjoni 2006/C 210/02)

(ara l-punti 640-646)

Dispożittiv

1)

L-Artikolu1 (1)(g) u l-Artikolu 4(g) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2017) 1742 final tas‑17 ta’ Marzu 2017 li tirrigwarda proċediment skont l-Artikolu 101 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE u l-Artikolu 8 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar it-Trasport bl-Ajru (Il-Każ AT.39258 — Trasport bl-ajru) huma annullati. –

2)

L-ammont tal-multa imposta fuq Cathay Pacific Airways Ltd, fl-Artikolu 3(g) tal-imsemmija deċiżjoni, huwa stabbilit għal EUR 47 040 000.

3)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

4)

Cathay Pacific Airways għandha tbati terz tal-ispejjeż tagħha.

5)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha u żewġ terzi tal-ispejjeż ta’ Cathay Pacific Airways.


1 ĠU C 239, 24.7.2017.