Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Mejju 2024 – Korkmaz vs EUIPO – Intersnack Deutschland (CETOS)

(Kawża T-308/23) 1

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea CETOS – Trade mark verbali preċedenti CHITOS – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001”)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Elif Korkmaz (Köln, il-Ġermanja) (rappreżentant: C. Weil, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: M. Eberl, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Intersnack Deutschland SE (Köln)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tal-5 ta’ April 2023 (Każ R 2031/2022-1).

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Elif Korkmaz u l-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom stess.

____________

1     ĠU C 252, 17.7.2023.