Language of document :

Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Mejju 2021 – Ryanair vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-268/21)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Ryanair DAC (Swords, l-Irlanda) (rappreżentanti: E. Vahida, F. -C. Laprévote, V. Blanc, S. Rating u I.-G. Metaxas-Maranghidis, avukati)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal-konvenuta tat-22 ta’ Diċembru 2020 dwar l-għajnuna mill-Istat SA.59029 – L-Italja – COVID-19 – Skema ta’ kumpens għal kumpanniji tal-ajru li għandhom liċenzja tal-operat Taljana 1 ; u

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka erba’ motivi.

L-ewwel motiv ibbażat fuq ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-konvenuta kisret dispożizzjonijiet speċifiċi tat-TFUE u tal-prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni Ewropea li fuqhom hija bbażata l-liberalizzazzjoni tat-trasport bl-ajru fl-UE sa mill-aħħar tas-snin tmenin (jiġifieri, in-nondiskriminazzjoni, il-libertà li jiġu pprovduti servizzi – applikati għat-trasport bl-ajru permezz tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 2 - u l-libertà ta’ stabbiliment).

It-tieni motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-konvenuta applikat b’mod żbaljat l-Artikolu 107(2)(b) TFUE u wettqet żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni fl-eżami tal-proporzjonalità tal-għajnuna fir-rigward tad-dannu kkawżat mill-kriżi tal-COVID-19.

It-tielet motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-konvenuta naqset milli tibda’ proċedura formali ta’ investigazzjoni minkejja diffikultajiet serji u kisret id-drittijiet proċedurali tar-rikorrenti.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-konvenuta kisret id-dmir ta’ motivazzjoni tagħha

____________

1 ĠU 2021 C 50, p. 6 sa 7.

2 Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Settembru 2008 dwar regoli komuni għall-operat ta’ servizzi ta’ l-ajru fil-Komunità (ĠU 2008, L 293, p. 3).