Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Mejju 2023 – Ryanair vs Il-Kummissjoni (L-Italja; skema ta’ għajnuna; COVID-19)

(Kawża T-268/21) 1

(“Għajnuna mill-Istat – Suq Taljan tat-trasport bl-ajru – Skema ta’ kumpens għall-kumpanniji tal-ajru detenturi ta’ liċenzja maħruġa mill-awtoritajiet Taljani – Deċiżjoni li ma jitqajmux oġġezzjonijiet – Għajnuna intiża li tirrimedja d-danni kkawżati minn avveniment straordinarju – Obbligu ta’ motivazzjoni”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Ryanair DAC (Swords, l-Irlanda) (rappreżentanti: E. Vahida, F.-C. Laprévote, V. Blanc, S. Rating, I.-G. Metaxas Maranghidis u D. Pérez de Lamo, avukati)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Flynn, C. Georgieva u F. Tomat, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-kovenut: Neos SpA (Somma Lombardo, l-Italja), Blue panorama airlines SpA (Somma Lombardo), Air Dolomiti SpA – Linee aeree regionali Europee (Villafranca di Verona, l-Italja) (rappreżentanti: M. Merola u A. Cogoni, avukati)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2020) 9625 final tat-22 ta’ Diċembru 2020 dwar l-għajnuna mill-Istat SA.59029 (2020/N) – L-Italja – COVID-19: Skema ta’ kumpens għall-kumpanniji tal-ajru detenturi ta’ liċenzja maħruġa mill-awtoritajiet Taljani.

Dispożittiv

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2020) 9625 final tat-22 ta’ Diċembru 2020 dwar l-għajnuna mill-Istat SA.59029 (2020/N) – L-Italja – COVID-19: Skema ta’ kumpens għall-kumpanniji tal-ajru detenturi ta’ liċenzja maħruġa mill-awtoritajiet Taljani hija annullata.

Il-Kummissjoni hija kkundannata tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha kif ukoll dawk sostnuti minn Ryanair DAC.

Neos SpA, Blue panorama airlines SpA u Air Dolomiti SpA – Linee aeree regionali Europee għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.

____________

1     ĠU C 252, 28.6.2021.