Language of document : ECLI:EU:T:2015:496





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) tal-15 ta’ Lulju 2015 —
Spanja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T‑561/13)

“FAEGG — Taqsima ‘Garanzija’ — FAEG u FAEŻR — Infiq eskluż mill-finanzjament — Programm ta’ Żvilupp Rurali tal-Galiċia (2007-2013) — Miżuri ta’ appoġġ għall-iżvilupp rurali — Indennizz kumpensatorju għal żvantaġġi naturali — Infiq imwettaq minn Spanja — Kontrolli fuq il-post — Obbligu ta’ ċensiment tal-bhejjem — Artikolu 10(2) u (4) u Artikolu 14(2) tar-Regolament (KE) Nru 1975/2006 — Artikolu 35(1) tar-Regolament (KE) Nru 796/2004 — Proċedura fil-kontumaċjaˮ

1.                     Proċedura ġudizzjarja — Ammissibbiltà tar-rikorsi — Evalwazzjoni fid-dawl tar-regoli fis-seħħ fil-mument tal-preżentata tat-talba (Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 122(1))(ara l-punt 24)

2.                     Proċedura ġudizzjarja — Kawża quddiem il-Qorti Ġenerali — Applikazzjoni tal-proċedura fil-kontumaċja — Obbligu tal-Qorti Ġenerali li tilqa’ t-talbiet tar-rikorrent — Assenza — Obbligu tal-Qorti Ġenerali li żżomm seduta — Assenza (Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 122) (ara l-punt 26)

3.                     Agrikoltura — Politika agrikola komuni — Finanzjament mill-FAEG u mill-FAEŻR — Għoti ta’ għajnuna u ta’ primjums — Obbligu għall-Istati Membri li jorganizzaw sistema effettiva ta’ kontrolli amministrattivi u ta’ kontrolli fuq il-post — Rekwiżit ta’ ċensiment tal-bhejjem — Razzett li jibbenefika minn skema ta’ għajnuna skont is-superfiċji — Assenza ta’ effett (Regolamenti tal-Kummissjoni Nru 796/2004, Artikolu 28(1) u Nru 1975/2006, Artikolu 10 u 12 sa 14)(ara l-punti 40, 43, 46, 48, 58, 60, 61, 67, 68, 89)

4.                     Atti tal-istituzzjonijiet — Regolamenti — Regolament li jippreskrivi miżuri speċifiċi ta’ stħarriġ — Assenza ta’ setgħa diskrezzjonali tal-Istati Membri — Nuqqas ta’ eżekuzzjoni — Ġustifikazzjoni — Effikaċja aħjar ta’ sistema oħra ta’ stħarriġ — Inammissibbiltà (Regolament tal-Kummissjoni 1975/2006, Artikolu 10(4) u 14(2))(ara l-punti 66, 91)

5.                     Agrikoltura — Politika agrikola komuni — Finanzjament mill-FAEŻR — Għoti ta’ għajnuna u ta’ primjums — Obbligu għall-Istati Membri li jorganizzaw sistema effettiva ta’ kontrolli amministrattivi u ta’ kontrolli fuq il-post — Rekwiżit ta’ ċensiment tal-bhejjem — Applikazzjoni tal-kontrolli fir-rigward tal-irziezet li jibbenefikaw minn għajnuna bbażata fuq in-numru ta’ annimali ddikjarati biss, bl-esklużjoni ta’ dawk li jibbenefikaw minn għajnuna skont is-superfiċji — Inammissibbiltà — Ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament (Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 21; Regolamenti tal-Kummissjoni Nru 796/2004, Artikolu 35(1) u Nru 1975/2006, Artikolu 10(4) u 14(2))(ara l-punti 74, 83, 84)

6.                     Agrikoltura — Politika agrikola komuni — Finanzjament mill-FAEG u mill-FAEŻR — Għoti ta’ għajnuna u ta’ primjums — Obbligu għall-Istati Membri li jorganizzaw sistema effettiva ta’ kontrolli amministrattivi u ta’ kontrolli fuq il-post — Natura awtonoma taż-żewġ tipi ta’ kontrolli (Regolamenti tal-Kummissjoni Nru 1082/2003, Artikolu 2(2) u Nru 1975/2006, Artikolu 14(2))(ara l-punt 102)

Suġġett

Talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni ta’ Implementazzjoni tal-Kummissjoni 2013/433/UE, tat-13 ta’ Awwissu 2013, dwar l-esklużjoni mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ta’ ċertu nefqa mġarrba mill-Istati Membri skont it-Taqsima ta’ Garanziji tal-Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanzija (FAEGG), skont il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u skont il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (ĠU L 219, p. 49), sa fejn din tikkonċerna l-infiq imwettaq mir-Renju ta’ Spanja għal ammont ta’ EUR 757 968.97.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Ir-Renju ta’ Spanja għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.