Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tat-18 ta' Ġunju 2009 - Spee vs Europol
(Servizz pubbliku - Persunal tal-Europol - Pożizzjoni vakanti - Proċedura ta' għażla)
Lingwa tal-kawża: L-Olandiż
Partijiet
Rikorrent: David Spee (Rijswijk, l-Olanda) (rappreżentanti: inizjalment P. de Casparis, avukat, sussegwentement I. Blekman, avukat)
Konvenut: Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Europol) (rappreżentanti: D. Neumann u D. El Khoury, assistiti minn B. Wägenbaur u R. Van der Hout, avukati)
Suġġett
L-annullament tad-deċiżjoni tal-Europol li tirtira l-offerta ta' impjieg li r-rikorrent kien ressaq il-kandidatura tiegħu għaliha u li terġa' tippubblikaha, kif ukoll talba għad-danni
Dispożittiv
Ir-rikors huwa miċħud.
D. Spee huwa kkundannat għall-ispejjeż.
____________1 - ĠU C 83, 19.7.2008, p. 33.