Language of document :

Rikors ippreżentat fil-21 ta' Marzu 2008 - Schell vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-36/08)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiz

Partijiet

Rikorrent: Arno Schell (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: F. Frabetti, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Motivi u argumenti prinċipali

L-annullament tar-rapport dwar l-iżvilupp ta' karriera tar-rikorrenti għall-perijodu bejn l-1 ta' Jannar 2006 sal-31 ta' Diċembru 2006 u l-annullament tar-rapport ta' promozzjoni 2007 tiegħu.

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla r-rapport dwar l-iżvilupp ta' karriera tar-rikorrenti għall-perijodu bejn l-1 ta' Jannar 2006 sal-31 ta' Diċembru 2006 u r-rapport ta' promozzjoni 2007 tiegħu ;

tikkundanna lill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej għall-ispejjeż.

____________