Language of document :

Rikors ippreżentat fit-30 ta’ April 2014 – Fels-Werke vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-281/14)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Fels-Werke GmbH (Goslar, il-Ġermanja) (rappreżentanti: C. Arhold, N. Wimmer, F. Wesche, L. Petersen u T. Woltering)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea, tat-18 ta’ Diċembru 2013, li tiftaħ il-proċedura ta’ investigazzjoni formali fil-Każ dwar Għajnuna mill-Istat SA.33995 (2013/C) (ex 2013/NN) - Sostenn għal elettriku rinnovabbli u soprataxxa-EEG imnaqqsa għal utenti intensivi tal-enerġija;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka erba’ motivi.

L-ewwel motiv: ksur tal-Artikoli 107(1) TFUE u 108 TFUE minħabba klassifikazzjoni żbaljata tal-iskema ta’ kumpens speċjali

Ir-rikorrenti ssostni li d-deċiżjoni li tiftaħ il-proċedura ta’ investigazzjoni formali tmur kontra l-Artikolu 107(1) TFUE, l-Artikolu 108 TFUE u l-Artikolu 13(1) tar-Regolament (KE) Nru 659/1999, li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 93 tat-Trattat tal-KE 1 , sa fejn is-soprataxxa EEG prevista fil-Gesetz für den Vorrang erneuerbarer Energien (Liġi dwar l-għoti ta’ prijorità għall-enerġija rinnovabbli, iktar ’il quddiem l-“EEG”) ma tinvolvi ebda allokazzjoni ta’ riżorsi tal-Istat u t-tnaqqis tas-soprataxxa EEG għall-impriżi li huma utenti intensivi tal-enerġija ma jinvolvi ebda rinunzja għal riżorsi tal-Istat.

F’dan il-kuntest, ir-rikorrenti targumenta li l-Kummissjoni bbażat l-evalwazzjoni tagħha fuq kriterji ta’ delimitazzjoni ġodda li ma humiex kompatibbli mal-prinċipji li jirriżultaw mill-ġurisprudenza preċedenti. B’mod partikolari, il-Kummissjoni injorat kompletament il-kriterju tal-kontroll konkret tal-awtoritajiet pubbliċi li, skont ġurisprudenza stabbilita, huwa neċessarju għall-klassifikazzjoni bħala riżorsi tal-Istat u kkunsidrat li huwa suffiċjenti li l-leġiżlatur tal-Istat ikollu impatt fuq il-pagamenti bejn persuni privati u li l-konformità ta’ dawn il-persuni privati mar-rekwiżiti legali tiġi kkontrollata minn awtoritajiet regolatorji.

Barra minn hekk, il-Kummissjoni hija marbuta bid-deċiżjoni tagħha, li permezz tagħha ma kklassifikatx l-EEG 2000 bħala għajnuna fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE, minħabba li ma kien hemm ebda trasferiment ta’ riżorsi tal-Istat, u għalhekk wettqet żball ta’ liġi meta kklassifikat l-EEG 2012 bħala skema ta’ għajnuna ġdida stabbilita b’mod illegali.Ir-rikorrenti ssostni wkoll li l-Kummissjoni ma eżaminatx b’mod adegwat, u għaldaqstant lanqas ma rrikonoxxiet, li r-regoli dwar eżenzjonijiet għal impriżi li huma utenti intensivi tal-enerġija huma ġġustifikati mill-għan, min-natura u mill-istruttura interna tal-EEG 2012 u għalhekk ma jikkostitwixxux vantaġġ selettiv.It-tieni motiv: ksur tal-Artikolu 108(1) TFUE u tal-Artikoli 18 u 19 tar-Regolament Nru 659/1999 minħabba li ma saritx proposta għal miżuri xierqaFil-kuntest ta’ dan il-motiv, ir-rikorrenti

ssostni li, sabiex tevalwa l-EEG 2012, il-Kummissjoni kien imissha, fi kwalunkwe każ, applikat il-proċedura fir-rigward ta’ għajnuna eżistenti skont l-Artikolu 108(1) TFUE u l-Artikoli 17 sa 19 tar-Regolament Nru 659/1999 u, qabel ma fetħet il-proċedura ta’ investigazzjoni formali, kien imissha għamlet proposta għal miż

uri xierqa lill-Ġermanja, minflok ma esponiet lill-operaturi fis-suq għal riskji ekonomiċi kunsiderevoli permezz tal-klassifikazzjoni tal-EEG 2020

bħala għajnuna ġdida li ma kinitx ġiet innotifikata.It-tielet motiv: ksur tad-dritt għal smigħ xieraqIr-rikorrenti ssostni wkoll li, fi kwalunkwe każ, il-Kummissjoni kien imissha tatha l-possibbiltà tesprimi l-pożizzjoni tagħha qabel ma adottat deċiżjoni b’konsegwenzi legali daqstant serji.Ir-raba’ motiv: motivazzjoni insuffiċjentiFl-aħħar nett, ir-rikorrenti ssostni li d-deċiżjoni li tiftaħ il-proċedura ta’ investigazzjoni formali ma tipprovdix motivazzjoni suffiċjenti fir-rigward tal-punti essenzjali.

____________

____________

1 Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999, tat-22 t

a’ Marzu 1999, li jistabbilixxi regoli dettaljati