Rikors ippreżentat fl-10 ta' Jannar 2008 - Brune vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-5/08)
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrent: Markus Brune (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: H. Mannes, Rechtsanwalt)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej
Is-suġġett u d-deskrizzjoni tal-kawża
Tannulla d-deċiżjoni tal-konvenuta li ma tinkludix lir-rikorrent fil-lista ta' riżerva għall-kompetizzjoni EPSO AD/26/05 minħabba li ma kisibx biżżejjed punti.
Talbiet tar-rikorrent
tannulla d-deċiżjoni tal-konvenuta ta' l-10 ta' Mejju 2007 u d-deċiżjoni mogħtija fir-rigward ta' l-ilment tat-2 ta' Ottubru 2007, u tiddikjara l-invalidità tal-lista ta' riżerva tal-kompetizzjoni EPSO AD/26/05;
sussidjarjament, tannulla d-deċiżjoni tal-konvenuta ta' l-10 ta' Mejju 2007 u d-deċiżjoni mogħtija fir-rigward ta' l-ilment tat-2 ta' Ottubru 2007 u tordna lill-konvenuta tinkludi lir-rikorrent fil-lista ta' riżerva tal-kompetizzjoni EPSO AD/26/05;
b'mod iktar sussidjarju, tannulla d-deċiżjoni tal-konvenuta ta' l-10 ta' Mejju 2007 u d-deċiżjoni mogħtija fir-rigward ta' l-ilment tat-2 ta' Ottubru 2007, tordna lill-konvenuta tistabbilixxi data ġdida għall-eżami orali tar-rikorrent billi tara li jingħata żmien xieraq għat-tħejjija, u tevalwa l-possibbiltà li jiġi inkluż fil-lista ta' riżerva fuq il-bażi ta' kriterji xierqa ta' evalwazzjoni;
tordna lill-konvenuta tagħti motivazzjoni għad-deċiżjoni ta' l-10 ta' Mejju 2007 u tagħti aċċess għall-minuti ta' l-evalwazzjoni ta' l-eżami orali tas-6 ta' Marzu 2007;
tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż;
sussidjarjament, tagħti deċiżjoni in kontumaċja.
____________