Language of document :

Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal- 25 ta' Settembru 2008 - Regione Siciliana vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-363/03)1

("Rikors għal annullament - FEŻR - Kanċellament ta' għajnuna finanzjarja - Irkupru tal-ammonti diġà mħallsa - Entità reġjonali jew lokali - Nuqqas ta' interess dirett - Inammissibbilta")

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Regione Siciliana (l-Italja) (rappreżentant: A. Cingolo, avvocato dello Stato)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: E. de March u L. Flynn, aġenti, assistiti minn A. Dal Ferro, avukat)

Suġġett

Fl-ewwel lok, talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2003) 2890 finali, tat-13 ta' Awwissu 2003, li tikkanċella l-għajnuna tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR), mogħtija lir-rikorrenti permezz tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (90) 2363 025, tal-14 ta' Diċembru 1990, għal proġett ta' infrastruttura fi Sqallija, kif ukoll l-irkupru tal-ammonti diġà mħallsa mill-Kummissjoni fir-rigward ta' din il-kontribuzzjoni, fit-tieni lok, talba għall-annullament tan-nota ta' debitu Nru 3240504102 tal-Kummissjoni, tas-26 ta' Settembru 2003, u fit-tielet u l-aħħar lok, l-annullament ta' kull att ieħor konness jew preċedenti.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

Ir-Regione Siciliana hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 304, 13.12.2003.