Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Mejju 2016 – mobile.international vs EUIPO – Rezon (mobile.de)

(Kawżi magħquda T-322/14 u T-325/14) 1

[“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Trade marks tal-Unjoni Ewropea verbali u figurattivi mobile.de – Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti mobile – Użu ġenwin tat-trade mark preċedenti – Artikolu 15(1), Artikolu 57(2) u Artikolu 76(2) tar-Regolament (KE) Nru°207/2009 – Regola 40(6) tar-Regolament (KE) Nru°2868/95”]

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: mobile.international GmbH (Kleinmachnow, il-Ġermanja) (rappreżentant: T. Lührig, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: M. Fischer, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Rezon OOD (Sofija, il-Bulgarija) (rappreżentanti: P. Kanchev u T. Ignatova, avukati)

Suġġett

Żewġ rikorsi kontra d-deċiżjonijiet tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-9 ta’ Jannar (Każ R 922/2013-1) u tat-13 ta’ Frar 2014 (Każ R 951/2013-1), dwar żewġ proċeduri ta’ annullament bejn mobile.international GmbH u Rezon OOD.

Dispożittiv

1)    Ir-rikorsi huma miċħuda.

2)    mobile.international GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1     ĠU C 235, 21.7.2014.