Language of document :

Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Awwissu 2023 – Freistaat Bayern vs EUIPO – BSGE (Neuschwanstein)

(Kawża T-506/23)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Freistaat Bayern (rappreżentant: M. Müller, Rechtsanwalt)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: BSGE Bundesverband Souvenir Geschenke Ehrenpreise eV (Veitsbronn, il-Ġermanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “Neuschwanstein” – Trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 15 687 353

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-22 ta’ Mejju 2023 fil-Każ R 1013/2021-5

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(4) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

____________