Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta' Novembru 2012 - Marcuccio vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-491/11 P) 

("Appell - Servizz pubbliku - Uffiċjali - Tul tal-proċedura li għandha bħala għan ir-rikonoxximent ta' invalidità permanenti parzjali - Dannu allegatament subit mill-appellant - Rimbors tal-ispejjeż li setgħu jiġu evitati - Ċaħda tar-rikors fl-ewwel istanza bħala manifestament infondat fid-dritt - Artikolu 94(a) tar-Regoli tal-Proċedura tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku")

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Appellant: Luigi Marcuccio (Tricase, l-Italja) (rappreżentant: G. Cipressa, avukat)

Appellata: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u C. Berardis Kayser, aġenti, assistiti minn A. Del Ferro, avukat)

Suġġett

Appell mid-digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tielet Awla), tat-30 ta' Ġunju 2011, Marcuccio vs Il-Kummissjoni (F-14/10, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra), u li għandu bħala għan l-annullament ta' dan id-digriet.

Dispożittiv

1)    L-appell huwa miċħud.

2)    Luigi Marcuccio għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea fil-kuntest tal-istanza preżenti.

____________

1 - ĠU C 331, 12.11.2011.