Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Marzu 2013 – Ruse Industry vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-487/11) 1

(“Għajnuna mill-Istat – Għajnuna mogħtija mill-Bulgarija fil-forma ta’ abbandun ta’ djun – Deċiżjoni li tiddikjara din l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern u tordna l-irkupru tagħha – Għajnuna ġdida – Distorsjoni tal-kompetizzjoni – Obbligu ta’ motivazzjoni”)

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Partijiet

Rikorrenti: Ruse Industry (Ruse, il-Bulgarija) (rappreżentanti: A. Angelov u S. Panov, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Urraca Caviedes u D. Stefanov, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2012/706/UE, tat-13 ta’ Lulju 2011, dwar l-għajnuna mill-Istat SA.28903 (C 12/2010) (ex N 389/2009) mogħtija mill-Bulgarija lil Ruse Industry (ĠU 2012, L 320, p. 27).

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Ruse Industry AD għandha tbati l-ispejjeż tagħha, kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea, inkluż dawk marbuta mal-proċeduri għal miżuri provviżorji.

____________

1 ĠU C 347, 26.11.2011.