Language of document : ECLI:EU:T:2013:144





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) tal-20 ta’ Marzu 2013 — Ruse Industry vs Il‑Kummissjoni

(Kawża T‑489/11)

“Għajnuna mill-Istat — Għajnuna mogħtija mill-Bulgarija fil-forma ta’ abbandun ta’ djun — Deċiżjoni li tiddikjara din l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern u li tordna l-irkupru tagħha — Għajnuna ġdida — Distorsjoni tal-kompetizzjoni — Obbligu ta’ motivazzjoni”

1.                     Għajnuna mogħtija mill-Istati — Kunċett — Nuqqas ta’ ħlas lura ta’ somom dovuti lill-Istat skont l-iskeda miftiehma mal-awtoritajiet nazzjonali — Assenza, min-naħa tal-awtoritajiet nazzjonali, ta’ miżuri ta’ rkupru effettiv tad-dejn — Nuqqas ta’ adozzjoni ta’ miżuri ta’ infurzar li għandu bħala konsegwenza l-għoti ta’ vantaġġ ekonomiku lill-benefiċjarji — Astensjoni li tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat — Evalwazzjoni tal-miżura skont il-kriterju ta’ investitur privat (Artikolu 107(1) TFUE) (ara l-punti 29, 30, 36‑40)

2.                     Għajnuna mogħtija mill-Istati — Deċiżjoni tal-Kummissjoni — Evalwazzjoni tal-legalità skont informazzjoni disponibbli fil-mument tal-adozzjoni tad-deċiżjoni — Obbligu ta’ diliġenza tal-Istat Membru li jagħti l-għajnuna u tal-benefiċjarju tagħha fir-rigward tal-komunikazzjoni ta’ kull informazzjoni rilevanti matul il-proċedura amministrattiva (Artikolu 108(2) TFUE) (ara l-punt 33)

3.                     Għajnuna mogħtija mill-Istati — Effett fuq il-kummerċ bejn Stati Membri — Effett ħażin fuq il-kompetizzjoni — Kriterji ta’ evalwazzjoni (Artikolu 107(1) TFUE) (ara l-punti 49, 50)

4.                     Għajnuna mogħtija mill-Istati — Għajnuna eżistenti u għajnuna ġdida — Miżura li tirrigwarda modifika ta’ skema ta’ għajnuna eżistenti — Emenda li taffettwa s-sustanza tal-iskema — Klassifikazzjoni tal-iskema bħala għajnuna ġdida (Artikolu 108(1) TFUE ; Regolament tal-Kunsill Nru 659/1999, Artikolu 1(ċ)) (ara l-punti 53‑55)

5.                     Għajnuna mogħtija mill-Istati — Dispożizzjonijiet tat-Trattat — Kamp ta’ applikazzjoni ratione temporis — Adeżjoni tal-Bulgarija mal-Unjoni Ewropea — Att ta’ Adeżjoni — Applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat sa mid-data tal-adeżjoni u biss fir-rigward ta’ sitwazzjonijiet li jseħħu sa minn din id-data (Artikoli 107 TFUE u 108 TFUE; Att ta’ Adeżjoni tal-2005; Regolament tal-Kunsill Nru 659/1999, Artikolu 1(b)(i) u (ċ)) (ara l-punti 66, 67)

6.                     Għajnuna mogħtija mill-Istati — Irkupru ta’ għajnuna illegali — Kalkolu tal-ammont li għandu jiġi rkuprat — Diffikultajiet li ltaqa’ magħhom l-Istat — Dmir ta’ kooperazzjoni bejn il-Kummissjoni u l-Istat Membru — Portata (Artikolu 4(3) TUE; Artikolu 108 TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 659/1999, Artikolu 14(1)) (ara l-punti 77‑79)

Suġġett

Talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2012/706/UE, tat-13 ta’ Lulju 2011, dwar l-għajnuna mill-Istat SA.28903 (C 12/2010) (ex N 389/2009) mogħtija mill-Bulgarija lil Ruse Industry (ĠU 2012, L 320, p. 27).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Ruse Industry AD għandha tbati l-ispejjeż tagħha, kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea, inkluż dawk relatati mal-proċeduri għal miżuri provviżorji.