Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Ġunju 2014 – Sarc vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-488/11) 1

(“Għajnuna mill-Istat – Kuntratt ta’ liċenzja ta’ softwer – Deċiżjoni li tikkonstata l-assenza ta’ għajnuna mill-Istat – Rikors għal annullament – Nuqqas ta’ impatt sostanzjali fuq il-pożizzjoni kompetittiva – Inammissibbiltà – Drittijiet proċedurali tal-partijiet ikkonċernati – Ammissibbiltà – Assenza ta’ ftuħ tal-proċedura ta’ investigazzjoni formali – Assenza ta’ diffikultajiet serji – Vantaġġ”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Scheepsbouwkundig Advies- en Rekencentrum (Sarc) BV (Bussum, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: H. Speyart u R. Bolhaar, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: H. van Vliet, K. Talabér-Ritz u S. Noë, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi (rappreżentanti: inizjalment C. Wissels, M. Noort u B. Koopman, sussegwentement C. Wissels, M. Noort, J. Langer u M. Bulterman, aġenti); u Technische Universiteit Delft (Delft, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: R. van den Tweel u P. Huurnink, avukati)SuġġettTalba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2011) 642 finali, tal-10 ta’ Mejju 2011, mogħtija fil-proċeduri dwar għajnuna mill-Istat NN 68/2010 – il-Pajjiżi l-Baxxi, li tiddikjara, fi tmiem il-fażi preliminari ta’ investigazzjoni, li l-kuntratt ta’ liċenzja rigward l-użu tal-kodiċi sors ta’ softwer li ġie konkluż bejn it-Technische Universiteit Delft u Delftship BV, ma jikkostitwixxix għajnuna mill-Istat.DispożittivIr-rikors huwa miċħud.Scheepsbouwkundig Adies- en Rekencentrum (Sarc) BV hija kkundanata tbati l-ispejjeż tagħha stess kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea u mit-Technische Universiteit Delft.Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi għandu jbati l-ispejjeż tiegħu stess.