Language of document : ECLI:EU:T:2012:608

DIGRIET TAL-QORTI ĠENERALI (Awla tal-Appell)

20 ta’ Novembru 2012

Kawża T‑491/11 P

Luigi Marcuccio

vs

Il-Kummissjoni Ewropea

“Appell – Servizz pubbliku – Uffiċjali – Tul tal-proċedura li għandha bħala għan ir-rikonoxximent ta’ invalidità permanenti parzjali – Dannu allegatament subit mill-appellant – Rimbors tal-ispejjeż li setgħu jiġu evitati – Ċaħda tar-rikors fl-ewwel istanza bħala manifestament infondat fid-dritt – Artikolu 94(a) tar-Regoli tal-Proċedura tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku”

Suġġett:      Appell mid-digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tielet Awla), tat-30 ta’ Ġunju 2011, Marcuccio vs Il‑Kummissjoni (F-14/10), u li għandu bħala għan l-annullament ta’ dan id-digriet.

Deċiżjoni:      L-appell huwa miċħud. Luigi Marcuccio għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea fil-kuntest tal-istanza preżenti.

Sommarju

1.      Uffiċjali – Deċiżjoni li tikkawża preġudizzju – Obbligu ta’ motivazzjoni – Portata – Nuqqas ta’ motivazzjoni – Regolarizzazzjoni fl-istadju tar-risposta għall-ilment

(Regolamenti tal-Persunal, Artikolu 25)

2.      Dritt tal-Unjoni – Prinċipji – Drittijiet tad-difiża – Prinċipju ta’ kontradittorju – Rispett fil-kuntest ta’ proċedura ġudizzjarja – Portata

3.      Appell – Aggravji – Aggravju kontra d-deċiżjoni tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku dwar l-ispejjeż – Inammissibbiltà fil-każ ta’ ċaħda tal-aggravji l-oħra kollha

(Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Anness I, Artikolu 11(2))

1.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punt 24)

Referenza:

Il-Qorti Ġenerali: 18 ta’ Settembru 2003, Lebedef et vs Il-Kummissjoni, T‑221/02, ĠabraSP p. I A 211 u II 1037, punt 62

2.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punt 32)

Referenza:

Il-Qorti tal-Ġustizzja: 17 ta’ Diċembru 2009, Eżami mill-ġdid M vs EMEA, C‑197/09 RX-II, Ġabra p. I 12033, punti 39 sa 42

3.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punt 40)

Referenza:

Il-Qorti Ġenerali: 18 ta’ Ottubru 2010, Marcuccio vs Il-Kummissjoni, T‑515/09 P, mhux ippubblikata fil-Ġabra, punt 59