Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Lulju 2013 – Marcuccio vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-238/11 P) 1
(“Appell – Servizz Pubbliku – Uffiċjali – Allowance ta’ invalidità – Ħlas tal-arretrati – Interessi moratorji – Appell parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat”)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Appellant: Luigi Marcuccio (Tricase, l-Italja) (rappreżentant: G. Cipressa, avukat)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u C. Berardis-Kayser, aġenti, assistiti minn A. Dal Ferro, avukat)
Suġġett
Appell mis-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (L-Ewwel Awla), tal-15 ta’ Frar 2011, Marcuccio vs Il-Kummissjoni (F-81/09, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra), intiż għall-annullament ta’ din is-sentenza.
Dispożittiv
L-appell huwa miċħud.
Luigi Marcuccio għandu jbati l-ispejjeż tiegħu stess kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea fil-kuntest ta’ din l-istanza.
____________1 ĠU C 186, 25.06.2011.