Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Najvyšší správny súd Slovenskej republiky (ir-Repubblika Slovakka) fit-13 ta’ Marzu 2024 – A.En Slovensko s.r.o. vs Úrad pre vybrané hospodárske subjekty, Finančné riaditeľstvo Slovenskej republiky

(Kawża C-201/24, A.En Slovensko)

Lingwa tal-kawża: is-Slovakk

Qorti tar-rinviju

Najvyšší správny súd Slovenskej republiky

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: A.En Slovensko s.r.o.

Konvenut: Úrad pre vybrané hospodárske subjekty, Finančné riaditeľstvo Slovenskej republiky

Domandi preliminari

Id-dispożizzjonijiet magħquda tal-Artikolu 4(1) u tal-Artikolu 9 tad-Direttiva tal-Kunsill 2009/133/KE tad-19 ta’ Ottubru 2009 dwar is-sistema komuni ta’ tassazzjoni applikabbli għal mergers, diviżjonijiet, diviżjonijiet parzjali, trasferimenti ta’ assi u skambji ta’ ishma li jikkonċernaw kumpanniji ta’ Stati Membri differenti u għat-trasferiment tal-uffiċċju reġistrat ta’ SE jew SCE bejn Stati Membri 1 għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali (zákon č. 235/2012 Z. z. o osobitnom odvode z podnikania v regulovaných odvetviach a o zmene a doplnení niektorých zákonov (il-Liġi Nru 235/2012 li Tistabbilixxi Imposta Speċjali Fuq id-Dħul Minn Impriżi Miksuba f’Setturi Rregolati u li Tissupplimenta u Temenda Ċerti Liġijiet)) li tistabbilixxi imposta speċjali wkoll fuq qligħ kapitali li jirriżulta minn tranżazzjoni (trasferiment tal-attiv) bejn kumpanniji stabbiliti fir-Repubblika Slovakka?

L-effett tad-dispożizzjonijiet magħquda tal-Artikolu 4(1) u tal-Artikolu 9 tad-Direttiva 2009/133, li jikkonsisti f’li ma jkunx intaxxat il-qligħ kapitali li jirriżulta minn trasferiment tal-attiv, ikkalkolat bħala d-differenza bejn il-valur reali tal-attiv u tal-passiv ittrasferiti u l-valur fiskali tagħhom, jista’ jiġi invokat ukoll fil-każ ta’ tranżazzjoni interna mwettqa bejn kumpanniji stabbiliti fl-istess Stat Membru, meta l-leġiżlazzjoni nazzjonali tissuġġetta il-qligħ kapitali li jirriżulta minn tali tranżazzjoni għal ħlas li jkollu l-effett ta’ taxxa (jiġifieri imposta speċjali)?

____________

1     ĠU 2009, L 310, p. 3.